Ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu mill-Kuntrattur futur huma:
— l-immappjar tad-dettalji tal-professjonijiet kollha tal-impjegati differenti tal-qorti fl-istati Membri tal-UE u d-definizzjoni tax-xogħlijiet tagħhom b'tali mod li jippermetti li jsiru paraguni fl-Istati Membri kollha,
— l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet tal-impjegati differenti tal-qorti li jinvolvu aspetti tal-liġi tal-UE,
— il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ li jirriżultaw mit-twettiq tax-xogħlijiet li jinvolvu aspetti tal-liġi tal-UE, inkluż f’liema livell (nazzjonali – b’analiżi għal kull livell tal-qorti (federali/reġjonali/lokali meta rilevanti – jew Ewropew) u f’liema lingwa (lingwa barranija/Ingliża jew nazzjonali) jiġu indirizzati bl-aħjar mod dawn il-ħtiġijiet,
— l-elenkar tal-professjonijiet differenti tal-impjegati tal-qorti li jwettqu xogħlijiet, li jeħtieġu taħriġ dwar il-liġi tal-UE, b’referenza għax-xogħlijiet korrispondenti,
— l-aġġornament tad-deskrizzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' taħriġ għall-impjegati tal-qorti stabbiliti bl-istudju tal-2014 u l-ikkomplementar tagħha bid-deskrizzjoni ta' fornituri ta' taħriġ fuq livell Ewropew involuti fit-taħriġ ta' impjegati tal-qorti u l-attivitajiet relatati tagħhom,
— l-immappjar tal-offerta kurrenti ta' taħriġ dwar il-liġi tal-UE għall-impjegati tal-qorti fl-UE,
— it-tfassil ta' rakkomandazzjonijiet għat-titjib tat-taħriġ dwar il-liġi tal-UE lill-impjegati tal-qorti fuq livell nazzjonali u fuq livell tal-UE,
— it-tfassil ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar opzjonijiet konkreti li jippermettu n-netwerking fuq livell tal-UE tal-fornituri kollha tat-taħriġ għall-impjegati tal-qorti.