Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 80666-2014

Uri l-lista b'inqas dettalji

11/03/2014    S49

l-Italja-Ispra: Ix-xiri ta' dejta kkonsolidata u mhux ikkonsolidata tal-bank u servizzi li għandhom x'jaqsmu

2014/S 049-080666

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka JRC, l-Istitut għall-Ħarsien u s-Sigurtà taċ-Ċittadin
Indirizz postali: via Enrico Fermi 2749, TP 263
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Għall-attenzjoni ta’: Is-Sinjura Stefania Toriello
Posta elettronika: jrc-ipsc-procurement@ec.europa.eu
Feks: +39 0332789540

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://www.jrc.ec.europa.eu/callsfortender

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=404

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
Oħrajn: Ir-riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Ix-xiri ta' dejta kkonsolidata u mhux ikkonsolidata tal-bank u servizzi li għandhom x'jaqsmu.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 7: Servizzi tal-kompjuter u oħrajn relatati
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Il-post tal-kuntrattur (aċċess elettroniku għar-riżultati).

Kodiċi NUTS IT ITALIA

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
It-Taqsima tal-Appoġġ Xjentifiku għall-Analiżi Finanzjarja għandha l-ħsieb li toħloq infrastruttura tad-dejta li tilħaq l-iskop li tkun twaqqfet għalih, u li tkun b'saħħitha u effiċjenti biex tintuża bħala sors ta' informazzjoni għal studji istituzzjonali, biex jitwieġbu talbiet li jsiru skont il-bżonn mill-Kummissjoni, u biex jingħata kontribut għall-mudelli tas-simulazzjonijiet Symbol dwar is-settur finanzjarju tal-UE-28. Il-ħażna ta' tagħrif se taħżen dejta tal-bank li tiġi minn sorsi differenti (ħażniet kummerċjali ta' tagħrif, il-ħażna tad-dejta tal-BĊE (Bank Ċentrali Ewropew), il-ħażniet ta' tagħrif BIS, eċċ.). L-għan ta' din is-sejħa għall-offerti hu servizz li jagħti garanzija li jkun hemm kontinwità fil-proċess li bih titniżżel id-dejta kif ukoll għajnuna li tkun meħtieġa skont il-bżonn, biex ikunu jistgħu jitwettqu x-xogħlijiet speċifiċi tat-taqsima kif xieraq.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

72322000 Servizzi ta' l-amministrazzjoni tad-data

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 152 000 u 160 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
M'hemmx.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-offerti jistgħu jsiru minn konsorzji ta' 2 operaturi ekonomiċi jew iktar ('offerta konġunta'). Kull entità legali se tkun meħtieġa li tiffirma l-kuntratt f'każ ta' għoti, u se terfa' r-responsabbiltà konġunta u b'mod individwali lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt biex jintlaħqu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Kull bidla fl-għamla tal-konsorsju waqt il-proċedura tal-ksib tista' twassal biex titwarrab l-offerta li jkollha x'taqsam. Kull bidla li ssir fl-għamla tal-konsorzju wara l-iffirmar tal-kuntratt tista' twassal biex jintemm il-kuntratt. Il-konsorzju se jaħtar entità legali 1 ('il-kap') li se jkollu l-awtorità sħiħa li jorbot lill-konsorzju u kull wieħed mill-membri tiegħu, u se jkun responsabbli mill-immaniġġar amministrattiv tal-kuntratt (il-ħruġ tal-fatturi, id-dħul tal-pagamenti, eċċ.) f'isem l-entitajiet l-oħra kollha. Jista' jsir sottokuntrattar iżda l-kuntrattur se jibqa' responsabbli b'mod sħiħ lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt.
Operatur ekonomiku jista', fejn hu xieraq u għal kuntratt partikulari, jistrieħ fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra, mingħajr ma titqies il-bixra legali tar-rabtiet li għandu magħhom. F'dak il-każ, għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, per eżempju, billi jagħti garanzija li dawk l-entitajiet se jgħaddulu r-riżorsi tagħhom. Kull bidla li ssir fis-sottokuntrattar waqt il-proċedura tal-ksib tista' twassal biex titwarrab l-offerta li jkollha x'taqsam. Kull bidla li ssir fis-sottokuntrattar wara l-iffirmar tal-kuntratt tista' twassal biex jintemm il-kuntratt.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti m'humiex se jikkwalifikaw biex jieħdu sehem f'din il-proċedura tal-għoti tal-kuntratt jekk jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet tat-twarrib imniżżla fl-Artikli 106 u 107 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25.10.2012 (il-ĠU L 298 tas-26.10.2012). Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu wkoll id-dokumenti mniżżla f'Artiklu 143(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012 (il-ĠU L 362 tal-31.12.2012) (ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti). Jekk jingħata kuntratt, u jekk il-valur ikun iżjed minn EUR 134 000, il-kuntrattur se jkun meħtieġ li jagħti d-dokumenti ta' prova li huma meħtieġa f'Artiklu 143(2) flimkien ma' Artiklu 143(3) tal-istess Regolament. Fil-każ ta' gruppi ta' kuntratturi, l-informazzjoni meħtieġa se tingħata minn kull membru tal-grupp inklużi s-sottokuntratturi li se jingħataw sottokuntratt għal iktar minn 20 % tal-valur sħiħ tal-kuntratt.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: a) Rendikont finanzjarju tad-dħul kollu u d-dħul marbut mas-servizzi li jaqgħu taħt il-kuntratt għal kull waħda minn dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji. Fil-każ ta' gruppi ta' kuntratturi, id-dokumenti meħtieġa jridu jingħataw minn kull membru tal-grupp.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: (a) Medja ta' dħul minimu fis-sena għal waħda minn dawn l-aħħar 3 snin li tkun iktar minn EUR 80 000.
F'każ ta' gruppi ta' kuntratturi, dan il-kriterju se jkun eżaminat f'rabta mal-ħiliet magħquda tal-membri kollha tal-grupp.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
a) Lista ta' servizzi ewlenin tal-istess tip li ngħataw minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta f'dawn l-aħħar 3 snin, b'deskrizzjoni qasira, inkluż l-ammont tal-kuntratt, it-tip ta' dejta li ngħatat, it-tip ta' klijenti, li kienu jew pubbliċi jew privati. Fil-każ ta' gruppi ta' kuntratturi, id-dokumenti meħtieġa jridu jingħataw minn kull membru tal-grupp.
b) Kopja taċ-ċertifikat li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità ta' min qiegħed jitfa' l-offerta maħruġ minn entità barranija (ISO 9001 jew tal-istess tip).
ċ) Il-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur tas-servizz (il-KK), l-aktar tal-impjegati tekniċi li se jagħtu s-servizz bi ħjiel dwar il-lista tat-taħriġ li ngħata u l-kwalifiki.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
Għall-punt III.2.3(a): lista ta' mill-inqas 3 servizzi tal-istess tip li ngħataw matul l-2012–2013. Fil-każ ta' gruppi ta' kuntratturi, dan il-kriterju se jkun ivvalutat f'rabta mal-ħiliet magħquda tal-membri kollha tal-grupp.
Għall-punt III.2.3 (ċ): KK 1 tal-persuna responsabbli mill-provvista tal-appoġġ b'informazzjoni li tkun iddettaljata biżżejjed biex tingħata prova li l-impjegati għandhom esperjenza ta' mill-inqas sena 1 fil-provvista ta' servizzi tal-istess tip bħal dawk imsemmija fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: le

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/IPR/2014/G01/0003/OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Limitu ta’ żmien għall-wasla tat-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess għad-dokumenti: 21.4.2014
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
21.4.2014
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 28.4.2014 - 15:00

Post:

Il-bini tal-entratura — il-kamra 7, via E. Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Għall-ftuħ jista' jattendi mhux iktar minn rappreżentant awtorizzat 1 għal kull min jitfa' offerta. It-talba trid tintbagħat lill-punt ta' kuntatt qabel is-27.4.2014, flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità/tal-passaport.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
VI.3)Informazzjoni addizzjonali

Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti u kull mistoqsija u tweġiba marbuta ma' din is-sejħa għall-offerti, se jingħataw f'dan l-indirizz tas-sit tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=404

Jekk jixtiequ, dawk li huma interessati jistgħu jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet imsemmi hawn fuq. B'hekk ikunu jistgħu jinżammu infurmati, permezz tas-sistema tat-tfigħ elettroniku tal-offerti, meta s-sit ikun aġġornat f'dak li għandu x'jaqsam ma' din is-sejħa għall-offerti. Dawk li ma jirreġistrawx fis-sit, huma mistiedna biex jidħlu fis-sit b'mod regolari. Il-Kummissjoni mhix se tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti ma jindunawx bit-tagħrif addizzjonali li jkun ippubblikat fis-sit tal-Internet f'dak li għandu x'jaqsam ma' din is-sejħa għall-offerti.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-ilment, jew fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih min qiegħed iressaq l-ilment isir jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew mhux se jwassal biex jew jissospendi dan il-perijodu jew biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: L-istess bħal VI.4.1 hawn fuq.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
27.2.2014