Are you an ambitious procurement expert with recent publications? Check out the TED Ambassador award, our competition that aims to identify and reward research in the field of public procurement. Apply here by 28 April 2023.

Servizzi - 163370-2018

17/04/2018    S74

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Analiżi tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-obbligi fid-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom

2018/S 074-163370

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate General for Energy
Indirizz postali: European Commission — Directorate General Energy — Directorate D — Nuclear energy, safety and ITER, 1, rue Henri Schnadt, Zone d'activités Cloche d'Or L-2530 Luxembourg
Belt: Luxembourg
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG (GRAND-DUCHÉ)
Kodiċi postali: 2530
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: ENER-RADPROT@ec.europa.eu
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: https://ec.europa.eu/energy/en
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3384
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku permezz ta': https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3384
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Analiżi tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-obbligi fid-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom

Numru ta' referenza: ENER/D3/2018-162
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
85100000 Servizzi tas-saħħa
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-objettiv ta' dan il-proġett hu li jgħin lill-Kummissjoni Ewropea fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tat-traspożizzjoni tal-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "d-Direttiva") fil-liġi nazzjonali.

Il-kuntrattur se jwettaq analiżi profonda tat-traspożizzjoni tad-Direttiva fl-oqfsa legali nazzjonali mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-dejta analizzata fuq livell legali u tekniku u l-konklużjonijiet imfassla mill-kuntrattur, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-għodod neċessarji sabiex tiddeċiedi dwar il-kompletezza u l-adegwatezza / il-korrettezza tat-traspożizzjoni f'kull każ.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 780 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: 00 Not specified
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-bini tal-kuntrattur.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

It-Trattat tal-Euratom jagħti s-setgħa lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li tistabbilixxi standards ta' sigurtà bażiċi uniformi biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw mir-radjazzjonijiet jonizzanti. Għal dan l-għan, ġie żviluppat sett komprensiv ta' liġijiet Ewropej għall-protezzjoni mir-radjazzjoni li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni kontra r-radjazzjoni għall-membri tal-pubbliku, il-ħaddiema u l-pazjenti.

Fl-2013, dan il-Qafas ġie mmodernizzat u kkonsolidat billi ġiet adottata d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li introduċiet numru ta' rekwiżiti ġodda u msaħħa, li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha qed jitwettqu bħalissa mill-Istati Membru tal-UE.

Id-data tal-għeluq għat-traspożizzjoni tad-Direttiva kienet is-6.2.2018. L-Artiklu 106 tad-Direttiva jitlob li l-Istati Membru jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-data tal-għeluq preskritta u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni teħtieġ li tivverifika l-kompletezza u l-konformità tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva għat-28 Stat Membru kollha wara n-notifika ta' tali miżuri lill-Kummissjoni. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni qed tfittex għajnuna minn kuntrattur b'għarfien legali u tekniku speċjalizzat relatat mal-qasam tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni.

Il-kuntratt għandu jinkludi x-xogħlijiet li ġejjin:

L-1 biċċa xogħol:

Il-fehim tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva: Il-kuntrattur għandu jiżviluppa fehim ċar tad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva, l-ispeċifiċitajiet legali u tekniċi tagħhom, biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Istati Membri kollha;

It-2 biċċa xogħol:

Il-verifika "prima facie": Il-kuntrattur għandu jivverifika l-kompletezza tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva f'leġiżlazzjoni nazzjonali, li jindikaw jekk it-traspożizzjoni hijiex parzjali jew kompleta;

It-3 biċċa xogħol:

Il-valutazzjoni tal-konformità: Il-kuntrattur għandu jwettaq analiżi legali u teknika ddettaljata tal-konformità tal-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva;

Ir-4 biċċa xogħol:

It-traduzzjoni tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva: Il-kuntrattur għandu jipprovdi traduzzjonijiet għall-Ingliż tal-partijiet rilevanti tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 780 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 36
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 22/05/2018
Ħin lokali: 16:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 24/05/2018
Ħin lokali: 10:30
Post:

Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Energy, Euroforum Building, 1, rue Henri Schnadt, Zone d'activités Cloche d'Or, L-2530 Luxembourg.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/
VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
05/04/2018