Fornituri - 195066-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

06/06/2015    S108    Kummissjoni Ewropea - Fornituri - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

l-Italja-Ispra: Qafas ta' kuntratt għall-provvista ta' oġġetti li jintużaw u reaġenti li se jintużaw fuq l-istrument Bio-Rad QX200™ Droplet Digital™ PCR system

2015/S 108-195066

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Konsumatur, it-Taqsima tal-Bijoloġija Molekulari u tal-Ġenomija
Indirizz postali: via Enrico Fermi 2749
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Persuna ta’ kuntatt: Is-Sur Marius Patachia
Għall-attenzjoni ta’: B.5 Il-Finanzi u l-Ksib
Posta elettronika: jrc-ihcp-procurement@ec.europa.eu
Feks: +39 0332789434

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://web.jrc.ec.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=828

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
Oħrajn: Ir-riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Qafas ta' kuntratt għall-provvista ta' oġġetti li jintużaw u reaġenti li se jintużaw fuq l-istrument Bio-Rad QX200™ Droplet Digital™ PCR system.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Provvisti
Xiri
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Il-JRC, Ispra, l-Italja.

Kodiċi NUTS ITC41 Varese

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT: 180 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
It-Taqsima tal-Bijoloġija Molekulari u tal-Ġenomija (MBG) fl-Istitut għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IHCP) jilqa' l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għal ikel u għalf ġenetikament modifikat (EU-RL GMFF, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li jivvalida metodi analitiċi għas-sejbien, l-identifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fl-ikel u l-għalf.
PCR (qPCR) kwantitattiv huwa sal-lum teknoloġija standard fl-analiżi ta' rutina għal preżenza tal-OĠM fl-ikel u fl-għalf u l-EU-RL GMFF uża l-qPCR għall-validazzjoni ta' madwar 60 metodu għas-sejbien kwantitattiv ta' OĠM.
Issa, qiegħda tiġi appoġġjata teknoloġija ġdida diġitali bbażata fuq PCR. Il-verżjoni tagħha 'droplet digital PCR' (ddPCR) tal-marka Bio-Rad QX200 mixtrija mill-EURL għandha l-ħila li tagħmel f'kompartimenti kampjun li twassal sa 20 000 reazzjoni fl-istess ħin, b'hekk tipprovdi potenzjal għal aktar preċiżjoni u sensittività baxxa ħafna bl-ebda ħtiġijiet għall-użu ta' materjali ta' referenza ċċertifikati. Din it-teknoloġija għandha l-potenzjal li tintuża aktar ta' spiss għall-iskrinjar u l-kwantifikazzjoni ta' OĠM f'kampjuni mil-laboratorji ta' ttestjar għal Modifikazzjoni Ġenetika (MĠ).
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

33696500 Reaġenti tal-laboratorju

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
L-istima tal-valur sħiħ hi mistennija li se tkun EUR 180 000 matul 4 snin (din tinkludi EUR 20 000 f'kontinġenzi).
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Jekk jogħġbok irreferi għad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Jekk jogħġbok irreferi għad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jew bħala entità li titfa' offerta weħidha jew bħala msieħba f'konsorzju (b'bixra legali jew mingħajrha). Is-sottokuntrattar jista' jsir fiż-żewġ każijiet.
Min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jispeċifika b'mod ċar ir-rwol ta' kull operatur ekonomiku — bħala entità li titfa' offerta weħidha, imsieħeb f'konsorzju jew sottokuntrattur. Dan jgħodd ukoll fejn l-entitajiet li jkollhom x'jaqsmu jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ekonomiku.
Kull imsieħeb f'konsorzju jerfa' r-responsabbiltà flimkien u b'mod individwali lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt u se jkun jagħmel parti mill-kuntratt jekk tintgħażel l-offerta tal-konsorzju.
Il-konsorzju se jaħtar entità legali 1 ('il-kap') li se jkollha l-awtorità sħiħa li torbot lill-konsorzju u kull wieħed mill-membri tiegħu matul it-twettiq tal-kuntratt u se tkun responsabbli mill-immaniġġar amministrattiv tal-kuntratt (il-ħruġ tal-fatturi, id-dħul tal-pagamenti, eċċ.) f'isem l-imsieħba l-oħra kollha.
Is-sottokuntrattar ifisser sitwazzjoni fejn il-kuntrattur jidħol f'impenji legali ma' entitajiet legali oħra li se jwettqu parti mill-kuntratt f'ismu. Il-kuntrattur se jibqa' responsabbli b'mod sħiħ lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt. Xogħol li jsir minn persuni li jaħdmu għal rashom, l-użu ta' attivitajiet jew impjegati ta' kwalunkwe entità legali li tkun differenti għal kollox mill-kuntrattur, ilkoll jissarrfu f'sottokuntrattar, b'mod indipendenti mil-liġi nazzjonali li tgħodd.
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu ħjiel dwar il-proporzjon tal-kuntratt li bi ħsiebhom jgħaddu lil ħaddieħor b'sottokuntratt. Huma għandhom jidentifikaw ukoll is-sottokuntratturi kollha:
— li se jiddependu fuq il-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-livelli minimi tal-ħila taħt it-titli III.2.2 u III.2.3,
— li s-sehem individwali tagħhom fil-kuntratt hu ta' iktar minn 20 %.
Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li fiha juru r-rieda tagħhom li jieħdu sehem fit-twettiq tal-kuntratt kif imfisser fis-sejħa għall-offerti.
Matul it-twettiq tal-kuntratt kwalunkwe bidla ta' sottokuntratturi se tkun suġġetta għall-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.
Min jitfa' offerta waħdu jew konsorzju jista' jistrieħ ukoll fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra biex jilħaq il-livelli tal-ħila minima taħt it-titli III.2.2 u III.2.3, irrispettivament mill-bixra legali tar-rabtiet li jkollu magħhom. F'dan il-każ, hu għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, pereżempju billi jagħti garanzija mingħand dawk l-entitajiet. Jekk wieħed jistrieħ fuq il-ħiliet ta' terza entità li tkun entità legali differenti min qiegħed jitfa' l-offerta waħdu jew mill-membri tal-konsorzju, anki jekk tkun tagħmel parti mill-istess grupp ekonomiku, dan jitqies li hu sottokuntrattar għall-iskopijiet tal-proċedura.
Jekk il-kuntratt jingħata lil min jitfa' offerta li jistrieħ fuq terza entità biex jipprovdi iktar minn 70 % tal-ħtiġijiet minimi għall-ħila ekonomika u finanzjarja mniżżla taħt it-titlu III.2.2, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob li t-terza entità tiffirma l-kuntratt u tkun responsabbli flimkien u b'mod individwali mit-twettiq tiegħu flimkien ma' dak li jitfa' l-offerta.
Ir-rwol u x-xogħlijiet ta' kull imsieħeb fil-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati għandhom jitniżżlu b'mod ċar fl-offerta. Fuq l-ittra ta' quddiem għandu jitniżżel l-isem ta' min qiegħed jitfa' l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntrattur(i), inklużi t-terzi entitajiet li min qiegħed jitfa' l-offerta jiddependi fuq il-ħiliet tagħhom, u l-isem tal-persuna waħdanija li jista' jsir kuntatt magħha f'rabta ma' din il-proċedura. Għall-konsorzji, l-ittra ta' quddiem trid tkun iffirmata minn kull imsieħeb, jew minn imsieħeb li jkun awtorizzat kif xieraq biex jiffirma l-offerta u l-kuntratt f'isem l-imsieħba kollha. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorizzazzjoni tista' tkun, pereżempju, fl-għamla ta' prokura, ittra ta' intenzjoni jew ftehim tal-konsorzju.
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) għandhom jagħtu wkoll kopja li tinqara tal-avviż dwar il-ħatra tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lil min qiegħed jitfa' l-offerta f'negozjati ma' terzi partijiet u fi proċeduri legali, jew kopja tal-pubblikazzjoni ta' ħatra bħal din jekk il-leġislazzjoni li tgħodd għall-entità legali li għandha x'taqsam titlob li ssir pubblikazzjoni bħal din. Għandha tingħata prova ta' kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni li ssir lil rappreżentant ieħor li ma jissemmiex fil-ħatra uffiċjali.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: 1. Il-kriterji tat-twarrib:
Dawk li jitfgħu l-offerti mhumiex se jikkwalifikaw biex jieħdu sehem f'din il-proċedura jekk jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet tat-twarrib imniżżla f'Artikli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012. Dawk li jitfgħu l-offerti (inklużi l-imsieħba tal-konsorzju) u s-sottokuntratturi li jkunu identifikati skont it-titlu III.1.3 se jiffirmaw l-istqarrija fuq l-unur (li tista' tinkiseb mis-sit tal-Internet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt imsemmija taħt it-titlu I.1) biex jistqarru li huma ma jinsabux fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.
Fuq talba li ssir mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jirbaħ l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntratturi kollha identifikati minn dak li jitfa' l-offerta skont il-punt III.1.3, se jagħtu d-dokumenti ta' prova mniżżla f'Artiklu 143(3) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li wieħed jagħti l-provi meħtieġa permezz tad-dokumenti jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm id-dokumenti ma jkunux ilhom li nħarġu iktar minn sena 1 mid-data tal-avviż dwar l-għoti u jekk ikunu għadhom jgħoddu. F'dan il-każ, dak li jitfa' l-offerti jrid jiddikjara fuq l-unur tiegħu li x-xhieda ddokumentata kienet diġà pprovduta fi proċedura ta' ksib ta' qabel u jikkonferma li ebda tibdil ma sar fis-sitwazzjoni tiegħu.
2. Il-kriterji tal-għażla:
Il-ħila legali:
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) se jagħtu prova li huma għandhom il-ħila legali biex iwettqu l-kuntratt billi jagħtu ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru rilevanti tal-kummerċ jew professjonali fil-pajjiż tat-twaqqif/l-inkorporazzjoni tagħhom. Jekk min qiegħed jitfa' l-offerta mhux meħtieġ jew ma jitħalliex jirreġistra f'reġistru bħal dan minħabba raġunijiet marbuta mal-istatut jew mal-qagħda legali tiegħu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tilqa', bħala prova xierqa, stqarrija taħt ġurament jew ċertifikat, sħubija f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni ċara, jew ikun imniżżel fir-reġistru tal-VAT.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jikkonformaw mal-kriterju li ġej:
— dħul fis-sena li jilħaq il-livell tal-kapaċità minima.
Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw minn kull min jitfa' offerta (kull imsieħeb fil-każ ta' konsorzju) u kull sottokuntrattur li min qiegħed jitfa' l-offerta se jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu biex jilħaq il-livell tal-ħila minima għall-kapaċità ekonomika u finanzjarja:
(1) kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali, il-kontijiet tal-qligħ u t-telf u kwalunkwe informazzjoni finanzjarja oħra li għandha x'taqsam) għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu, kienu ppubblikati u/jew ivverifikati jew, jekk l-operatur ekonomiku mhux marbut li jippubblikahom/jivverifikahom skont il-liġi tal-pajjiż fejn hu stabbilit, għandha ssir awto-ċertifikazzjoni li turi li huma preċiżi u sinċieri minn rappreżentant awtorizzat kif xieraq. Jekk id-dokumenti pprovduti juru telf (nett) (gross) f'xi waħda mis-snin mitluba, l-operatur ekonomiku għandu jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal referenzi bankarji xierqa u jew ittra/rendikont mingħand awdituri ċċertifikati fejn jattestaw l-istabbiltà finanzjarja tal-operatur ekonomiku, prova ta' assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali, jew garanzija xierqa mingħand terza parti (e.g. il-kumpanija ewlenija);
2) rendikont dwar id-dħul fis-sena tal-operatur ekonomiku u d-dħul fis-sena fil-qasam li jaqa' taħt il-kuntratt, matul dawn l-aħħar tliet snin (3) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Jekk, minħabba xi raġuni eċċezzjonali, li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, operatur ekonomiku ma jkunx jista' jagħti r-referenzi mitluba hawn fuq, hu jista' jagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu bi kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkun xieraq. Ikun xi jkun il-każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-inqas trid tkun avżata dwar ir-raġuni eċċezzjonali u dwar il-ġustifikazzjoni tagħha. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt iżżomm id-dritt li titlob kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku jew li tfittex informazzjoni u/jew kjarifiki addizzjonali bi kwalunkwe mezz xieraq (siti tal-Internet, entitajiet uffiċjali, eċċ.).
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li operatur ekonomiku jrid jagħti l-provi permezz tad-dokumenti msemmija hawn fuq jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm ikunu jimxu mal-ħtiġijiet ta' din is-sejħa għall-offerti. F'każ bħal dan, l-operatur ekonomiku se jagħti r-referenza għall-kuntratt u jsemmi s-servizz tal-Kummissjoni li kien ingħata dawn il-provi.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Għal punt III.2.2 il-medja tad-dħul għall-aħħar 3 snin finanzjarji għandha tkun ta' mill-inqas EUR 440 000.
Dan l-ammont minimu se jkun ivvalutat f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerta kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
(a) esperjenza fil-qasam ta' provvista ta' kimiki u reaġenti ppruvati minn silta minn reġistru tal-kummerċ jew professjonali, jew prova ekwivalenti ta' twaqqif;
(b) lista ta' kuntratti simili (fil-valur, l-għan u l-kumplessità) kompluti fl-aħħar 3 snin qabel id-data tal-għeluq tal-offerta. Il-lista ta' kuntratti li saru qabel għandha tinkludi dettalji dwar id-dati tal-bidu u tat-tlestija tagħhom, l-ammont sħiħ tal-kuntratt u l-għan, ir-rwol u l-ammont imniżżel fil-fattura mill-operatur ekonomiku. Fil-każ ta' kuntratti li għadhom għaddejjin, se titqies biss dik il-parti li tlestiet matul il-perijodu ta' referenza.
Fil-każ ta' konsorzju jew sottokuntrattar, ix-xhieda mitluba trid tkun ipprovduta minn dawk l-imsieħba fil-konsorzju/sottokuntratturi li fuq il-ħila tagħhom jiddependi dak li qed jitfa' l-offerta biex jissodisfa l-livelli minimi ta' ħila.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
Dan l-ammont minimu se jkun ivvalutat f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerta kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha:
Għal punt III.2.3(b) mill-inqas 3 provvisti simili matul l-aħħar 3 snin.
Dan il-kriterju se jkun ivvalutat f'livell aggregat.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/IPR/2015/I.3/0019/OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
20.7.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 24.7.2015 - 10:00

Post:

JRC Ispra, il-bini estern, il-kamra 7, via Enrico Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Għall-ftuħ jistgħu jattendu mhux iktar minn 2 rappreżentanti awtorizzati għal kull min jitfa' l-offerti. It-talba għandha tintbagħat lill-punt ta' kuntatt qabel il-15.7.2015, flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità/passaport.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Fuq talba li ssir minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tipprovdi aktar informazzjoni biex tiċċara l-bixra tal-kuntratt biss.

Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali trid issir bil-miktub permezz tas-sit tal-Internet għat-tfigħ elettroniku tal-offerti, u b'dan il-mod biss, fl-indirizz https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=828 fil-parti tal-'mistoqsijiet u tweġibiet', billi tagħfas fuq 'oħloq mistoqsija'.

L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 5 ijiem tax-xogħol qabel id-data aħħarija għat-tfigħ tal-offerti.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tgħarraf lill-partijiet interessati dwar kwalunkwe żball, nuqqas ta' preċiżjoni, dettalji nieqsa jew kull żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għall-offerti.
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, inkluża dik imsemmija hawn fuq, se tittella' fis-sit tal-Internet għat-tfigħ elettroniku tal-offerti msemmi hawn fuq. Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari u inti responsabbli biex tara jekk ikunx hemm aġġornamenti u tibdil matul il-perijodu tat-tfigħ tal-offerti.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 433766
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Tista' tissottometti kwalunkwe osservazzjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura tal-għoti lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt indikata taħt it-titlu l.1.

Jekk inti temmen li kien hemm amministrazzjoni ħażina, tista' tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha sirt taf dwar il-fatti li fuqhom huwa bbażat l-ilment (ara http://www.ombudsman.europa.eu). Tali lment m'għandux l-effett li jew jissospendi l-limitu taż-żmien biex jitnieda appell jew jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq ta' appell.

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż dwar id-deċiżjoni tal-għoti, inti tista' tressaq appell quddiem l-entità msemmija fil-punt VI.4.1.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 433766
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
27.5.2015