Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 197419-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

09/06/2015    S109

il-Belġju-Brussell: Pariri legali fil-qasam tal-PI (Proprjetà Intellettwali)

2015/S 109-197419

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) — ir-Riżorsi
Indirizz postali: rue du Champ de Mars 21 (CDMA 5/35)
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: B.5 It-Taqsima tal-Finanzi u l-Ksib — Brussell
Għall-attenzjoni ta’: Federico Fraschetti
Posta elettronika: jrc-b5-bxl-procurement@ec.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://web.jrc.ec.europa.eu/callsfortender

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: http://web.jrc.ec.europa.eu/callsfortender

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Pariri legali fil-qasam tal-PI (Proprjetà Intellettwali).
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 21: Servizzi legali
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Fil-bini tal-kuntrattur.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 1 500 000 u 2 000 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Ix-xogħol hu dak ta' ditta ta' avukati fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u jikkonsisti mill-għoti ta' pariri legali u valutazzjoni legali ta' riskji fuq il-kwistjonijiet kollha tal-PI, inkluż il-litigazzjoni quddiem il-Qrati.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

79120000 Servizzi ta' konsulenza dwar il-privattivi u d-dritt ta' l-awtur, 79111000 Servizzi ta' pariri legali

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: iva
Għadd ta’ tiġdid possibbli: 1
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti jew servizzi li jiġġeddu, qafas ta’ żmien stmat għal kuntratti sussegwenti:
f'xhur: 24 (mill-għoti tal-kuntratt)
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Se jkunu speċifikati fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti li se jingħataw biss lill-kandidati magħżula.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Se jkunu speċifikati fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti li se jingħataw biss lill-kandidati magħżula.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jibagħtu talba biex jieħdu sehem jew bħala kandidat waħdieni jew bħala msieħba f'konsorzju (b'bixra legali jew mingħajrha). Is-sottokuntrattar jista' jsir fiż-żewġ każijiet.
Il-kandidat għandu jniżżel b'mod ċar ir-rwol ta' kull operatur ekonomiku — bħala kandidat waħdieni, bħala msieħeb f'konsorzju jew sottokuntrattur. Dan jgħodd ukoll fejn l-entitajiet li jkollhom x'jaqsmu jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ekonomiku.
Kull imsieħeb f'konsorzju jerfa' r-responsabbiltà flimkien u b'mod individwali lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt u se jkun jagħmel parti mill-kuntratt jekk tintgħażel l-offerta tal-konsorzju. Il-konsorzju se jaħtar entità legali 1 ('il-kap') li se jkollha l-awtorità sħiħa li torbot lill-konsorzju u kull wieħed mill-membri tiegħu matul it-twettiq tal-kuntratt u se tkun responsabbli mill-immaniġġjar amministrattiv tal-kuntratt (il-ħruġ tal-fatturi, id-dħul tal-pagamenti, eċċ.) f'isem l-imsieħba l-oħra kollha.
Is-sottokuntrattar ifisser sitwazzjoni fejn il-kuntrattur jidħol f'impenji legali ma' entitajiet legali oħra li se jwettqu parti mill-kuntratt f'ismu. Il-kuntrattur se jibqa' responsabbli b'mod sħiħ lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt. Xogħol li jsir minn persuni li jaħdmu għal rashom, l-użu ta' attivitajiet jew impjegati ta' kwalunkwe entità legali li tkun differenti għal kollox mill-kuntrattur, ilkoll jissarrfu f'għoti ta' xogħol lil terzi, b'mod indipendenti mil-liġi nazzjonali li tgħodd.
Il-kandidati għandhom jidentifikaw is-sottokuntratturi kollha li se jiddependu fuq il-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-livelli minimi tal-ħila taħt it-titli III.2.2 u III.2.3.
Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li fiha juru r-rieda tagħhom li jieħdu sehem fit-twettiq tal-kuntratt. Matul it-twettiq tal-kuntratt, kwalunkwe bidla li ssir fost is-sottokuntratturi se tiddependi fuq l-approvazzjoni bil-miktub tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.
Kandidat waħdieni jew konsorzju jista' jistrieħ ukoll fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra biex jilħaq il-livelli tal-ħila minima taħt it-titli III.2.2 u III.2.3, irrispettivament mill-bixra legali tar-rabtiet li jkollu magħhom. F'dan il-każ, hu għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, pereżempju billi jagħti garanzija mingħand dawk l-entitajiet. Jekk wieħed jistrieħ fuq il-ħiliet ta' terza entità li tkun entità legali differenti mill-kandidat waħdieni jew mill-membri tal-konsorzju, anki jekk tkun tagħmel parti mill-istess grupp ekonomiku, dan jitqies li hu sottokuntrattar għall-iskopijiet tal-proċedura. Jekk il-kuntratt jingħata lil min jitfa' offerta li jistrieħ fuq terza entità biex jipprovdi iktar minn 25 % tal-ħtiġijiet minimi għall-ħila teknika mniżżla taħt it-titlu III.2.3, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob li t-terza entità tiffirma l-kuntratt u tkun responsabbli flimkien u b'mod individwali mit-twettiq tiegħu flimkien ma' dak li jitfa' l-offerta.
Ir-rwol u x-xogħlijiet ta' kull imsieħeb fil-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati għandhom jitniżżlu b'mod ċar fit-talba biex wieħed jieħu sehem. Fuq l-ittra ta' quddiem għandu jitniżżel l-isem tal-kandidat (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntrattur(i), inklużi t-terzi entitajiet li l-kandidat qiegħed jiddependi fuq il-ħiliet tagħhom, u l-isem tal-persuna waħdanija li jista' jsir kuntatt magħha f'rabta ma' din il-proċedura. Għall-konsorzji, l-ittra ta' quddiem trid tkun iffirmata minn kull imsieħeb, jew minn imsieħeb li jkun awtorizzat kif xieraq biex jiffirma t-talba biex jieħu sehem, l-offerta u l-kuntratt f'isem l-imsieħba kollha. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorizzazzjoni tista' tkun, pereżempju, fl-għamla ta' prokura, ittra ta' intenzjoni jew ftehim tal-konsorzju.
Il-kandidati (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) għandhom jagħtu wkoll kopja li tinqara tal-avviż dwar il-ħatra tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kandidat f'negozjati ma' terzi partijiet u fi proċeduri legali, jew kopja tal-pubblikazzjoni ta' ħatra bħal din jekk il-leġislazzjoni li tgħodd għall-entità legali li għandha x'taqsam titlob li ssir pubblikazzjoni bħal din. Għandha tingħata prova ta' kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni li ssir lil rappreżentant ieħor li ma jissemmiex fil-ħatra uffiċjali.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: 1. Il-kriterji tat-twarrib:
Dawk li jitfgħu l-offerti mhumiex se jkunu eliġibbli sabiex jieħdu sehem f'din il-proċedura jekk huma f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib imsemmija fl-Artikoli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012. Il-kandidati (inklużi l-imsieħba tal-konsorzju) u s-sottokuntratturi li jkunu identifikati skont it-titlu III.1.3 se jiffirmaw l-istqarrija dwar l-unur (li tista' tinkiseb mis-sit tal-Internet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt imsemmija fit-titlu I.1) biex jistqarru li huma ma jinsabu fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.
Fuq talba li ssir mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jirbaħ l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntratturi kollha identifikati minn dak li jitfa' l-offerta skont il-punt III.1.3, se jagħtu d-dokumenti ta' prova mniżżla f'Artiklu 143(3) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012.
2. Il-kriterji tal-għażla:
Il-ħila legali:
Il-kandidati (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) se jagħtu prova li huma għandhom il-ħila legali biex iwettqu l-kuntratt billi jagħtu ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru rilevanti tal-kummerċ jew professjonali fil-pajjiż tat-twaqqif/l-inkorporazzjoni tagħhom. Jekk min qiegħed jitfa' l-offerta mhux meħtieġ jew ma jitħalliex jirreġistra f'reġistru bħal dan minħabba raġunijiet marbuta mal-istatut jew mal-qagħda legali tiegħu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tilqa', bħala prova xierqa, stqarrija taħt ġurament jew ċertifikat, sħubija f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni ċara, jew ikun imniżżel fir-reġistru tal-VAT.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Il-kandidati jrid ikollhom ħila ekonomika u finanzjarja li tkun biżżejjed biex iwettqu l-kuntratt.
Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw minn kull kandidat (kull imsieħeb fil-każ ta' konsorzju) u kull sottokuntrattur li l-kandidat se jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu biex jilħaq il-livell tal-ħila minima għall-abbiltà ekonomika u finanzjarja:
(1) kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali, il-kontijiet tal-qligħ u t-telf u kwalunkwe informazzjoni finanzjarja oħra li għandha x'taqsam) għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu, kienu ppubblikati u/jew ivverifikati jew, fejn il-pubblikazzjoni/verifika mhux meħtieġa taħt il-liġi tal-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa mwaqqaf, għandha ssir awto-ċertifikazzjoni li turi li huma preċiżi u sinċieri minn rappreżentant awtorizzat kif xieraq. Jekk id-dokumenti pprovduti juru telf nett f'xi waħda mis-snin mitluba, l-operatur ekonomiku għandu jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal referenzi bankarji xierqa u jew ittra/rendikont mingħand awdituri ċċertifikati fejn jattestaw l-istabbiltà finanzjarja tal-operatur ekonomiku, prova ta' assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali, jew garanzija xierqa mingħand terza parti (e.g. il-kumpanija ewlenija);
(2) rendikont dwar id-dħul fis-sena tal-operatur ekonomiku u d-dħul fis-sena fil-qasam li jaqa' taħt il-kuntratt, matul dawn l-aħħar tliet snin (3) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Jekk, minħabba xi raġuni eċċezzjonali, li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, operatur ekonomiku ma jkunx jista' jagħti r-referenzi mitluba hawn fuq, hu jista' jagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu bi kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkun xieraq. Ikun xi jkun il-każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-inqas trid tkun avżata dwar ir-raġuni eċċezzjonali u dwar il-ġustifikazzjoni tagħha. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt iżżomm id-dritt li titlob kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku jew li tfittex informazzjoni u/jew kjarifiki addizzjonali bi kwalunkwe mezz xieraq (siti tal-Internet, entitajiet uffiċjali, eċċ.).
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li operatur ekonomiku jrid jagħti l-provi permezz tad-dokumenti msemmija hawn fuq jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm ikunu jimxu mal-ħtiġijiet ta' din is-sejħa għall-offerti. F'każ bħal dan, l-operatur ekonomiku se jagħti r-referenza għall-kuntratt u jsemmi s-servizz tal-Kummissjoni li kien ingħata dawn il-provi.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: F'dak li għandu x'jaqsam mat-titlu III.2.2(2), id-dħul kollu annwali tal-kumpanija (li għandu x'jaqsam ma' servizzi simili tas-suġġett ta' din l-istedina għall-offerti) għal kull waħda mill-aħħar 3 snin għandu jkun ta' mhux inqas minn: EUR 600 000/fis-sena.
Dan l-ammont minimu se jkun ivvalutat f'rabta mal-kandidat kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jipprovdu tagħrif biżżejjed biex jissodisfaw lill-Kummissjoni li għandhom il-ħila teknika u l-esperjenza biex iwettqu x-xogħol li huwa s-suġġett tal-istedina għall-offerti.
Min jitfa' l-offerta għandu jissodisfa l-kriterji kollha t'hawn taħt:
a) il-kandidati għandhom ikunu ċċertifikati taħt l-ISO 9001:2008 jew ekwivalenti. Fil-każ ta' konsorzju, mill-inqas membru 1 tal-konsorzju jeħtieġ li jikkonforma ma' din il-ħtieġa;
b) il-kandidat għandu jkollu stabbiliment 1 permanenti (jew l-imsieħba fil-konsorzju għandhom ikunu mwaqqfa b'mod permanenti) f'mill-inqas 5 pajjiżi differenti tal-UE;
ċ) il-kandidat għandu jaħtar maniġer tal-kuntratt li jkun responsabbli mis-sorveljanza tal-immaniġġjar b'suċċess tal-kuntratt. Il-maniġer tal-kuntratt se jkun l-uniku punt ta' kuntatt mal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-aspetti operazzjonali, organizzazzjonali u amministrattivi kollha;
d) għal kull wieħed mill-5 pajjiżi differenti tal-UE iddeterminati fil-punt b, il-kandidat għandu juri li għandu tim ta' mill-inqas 5 membri li se jkunu inkarigati mill-provvista tas-servizz.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
e) f'dak li għandu x'jaqsam mal-punt III.2.3) d), il-kandidat(i) għandhom juri li:
e1) mill-inqas 4 membri tat-tim għandhom lawrja fil-liġi u mill-inqas sentejn (2) ta' esperjenza fil-qasam tal-proprjetà intellettwali;
e2) mill-inqas 3 membri tat-tim huma awtorizzati jirrapreżentaw klijenti quddiem il-Qrati nazzjonali korrispondenti u/jew dawk Ewropej;
e3) mill-inqas 2 membri tat-tim huma avukati ta' grad anzjan u għandhom juru li għandhom mill-inqas 7 snin esperjenza fil-qasam tal-PI, inkluż ir-rappreżentanza ta' klijenti quddiem il-Qrati nazzjonali korrispondenti u/jew dawk Ewropej;
e4) il-membri tat-tim tal-avukati għandhom juru li għandhom il-ħila jitkellmu bl-Ingliż bl-abbiltà tal-lingwa ekwivalenti għal C1 fl-iskala tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza (CEFR);
f) f'dak li għandu x'jaqsam mal-punt III.2.3) ċ), il-maniġer tal-kuntratt għandu jkun avukat ta' grad anzjan u għandu juri li għandu mill-inqas 7 snin ta' esperjenza fil-qasam tal-PI, inkluż ir-rappreżentanza ta' klijenti quddiem il-Qrati nazzjonali korrispondenti u/jew dawk Ewropej u għandhom juru l-ħila li jitkellmu bl-Ingliż bl-abbiltà tal-lingwa ekwivalenti għas-C1 fl-iskala tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza (CEFR).
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: iva
Referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva rilevanti: Kif deskritt fit-titlu III.2.3).
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Ristretta
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/BRU/2015/DDG.03/0016/RC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
7.7.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Jekk waqt l-ipproċessar tat-tweġiba tiegħek għal dan l-avviż dwar il-kuntratt ikun meħtieġ li tinżamm u tkun ipproċessata dejta personali (bħall-isem, l-indirizz u l-KK), din id-dejta se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.12.2000 dwar il-ħarsien tal-individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Komunità u dwar iċ-ċaqliq ħieles ta' dejta bħal din. Sakemm ma jingħadx mod ieħor, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet u kwalunkwe dejta personali li tintalab huma meħtieġa biex issir valutazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek skont l-avviż dwar il-kuntratt u se jkunu pproċessati biss għal dak l-iskop mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt imsemmija fit-titlu I.1.

Id-dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek jinsabu fl-istqarrija dwar il-privatezza li tinsab f': http://ec.europa.eu/dataprotectionofficer/privacystatement_publicprocurement_en.pdf

Id-dejta personali tiegħek tista' tkun irreġistrata fis-sistema ta' twissija bikrija (STB) biss jew kemm fis-STB kif ukoll fil-ħażna ċentrali ta' tagħrif dwar l-esklużjoni (ĦĊTE) mill-Uffiċjal taż-Żamma tal-Kontijiet tal-Kummissjoni, f'każ li tinsab f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fi:

— id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom tas-16.12.2008 dwar is-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-użu tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija dwar il-privatezza fl-indirizz http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/legal_entities/legal_entities_en.cfm), jew

— ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17.12.2008 dwar il-ħażna ċentrali ta' tagħrif dwar l-esklużjoni (għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija dwar il-privatezza f' http://ec.europa.eu/budget/explained/management/protecting/protect_en.cfm#BDCE).

L-informazzjoni kollha dwar din il-proċedura jistgħu jinstabu fl-avviż dwar il-kuntratt tal-mument u fid-dokumentazzjoni li qiegħda tittella' fis-sit tal-Internet tagħna http://web.jrc.ec.europa.eu/callsfortender/ taħt il-kodiċi ta' referenza tal-proċedura tal-JRC imsemmi fil-punt IV.3.1. Dan is-sit tal-Internet se jkun is-sors waħdieni għall-informazzjoni supplimentari jew għat-tweġibiet lill-mistoqsijiet tal-kandidati li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkunu meħtieġa li jkunu ppubblikati matul din il-proċedura tal-ksib. Għaldaqstant il-kandidati huma responsabbli biex jaraw ikunx hemm dokumenti aġġornati u/jew jekk tiżdiedx xi informazzjoni matul il-proċedura.

Skont l-Artiklu 134(1)(f) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 matul it-3 snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt originali, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar il-kuntratt biex tikseb servizzi addizzjonali magħmula mir-ripetizzjoni ta' servizzi tal-istess tip (sa mhux iżjed minn 50 % tal-valur oriġinali tal-kuntratt) mingħand l-operaturi ekonomiċi li jingħataw il-kuntratt.
L-użu ta' fornituri terzi ta' servizz bħal ma huma aġenti lokali awtorizzati jirrapreżentaw lill-klijenti quddiem l-uffiċċji nazzjonali tal-PI ta' pajjiżi differenti minn dawk iddeterminati mill-kandidati bi qbil mal-intestazzjoni III.2.3) b) ta' dan l-avviż ta' kuntratt, m'għandhomx jitqiesu bħala sottokuntratturi.
Il-valur totali stmat tax-xiri għat-tul kollu tal-qafas tal-kuntratt iddikjarat fil-punt II.1.4 irid jiġi kkunsidrat li jinkludi 10 % tal-kontinġenzi.
Il-Kummissjoni se tibgħat tavża bil-miktub lil kull kandidat dwar ir-riżultat tal-kandidatura tiegħu.
Id-dokumentazzjoni tal-istedina għall-offerti, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, se tingħata biss fit-tieni fażi (l-għoti) ta' din il-proċedura lil dawk il-kandidati li jkunu għaddew mill-ewwel fażi (tat-twarrib u tal-għażla).
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Tista' tissottometti kwalunkwe osservazzjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura tal-għoti lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt indikata taħt it-titlu l.1.

Jekk inti temmen li kien hemm amministrazzjoni ħażina, tista' tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha sirt taf dwar il-fatti li fuqhom huwa bbażat l-ilment (ara http://www.ombudsman.europa.eu). Tali lment m'għandux l-effett li jew jissospendi l-limitu taż-żmien biex jitnieda appell jew jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq ta' appell.

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż dwar id-deċiżjoni tal-għoti, inti tista' tressaq appell quddiem l-entità msemmija fil-punt VI.4.1.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
28.5.2015