Servizzi - 228602-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

02/07/2015    S125

il-Belġju-Brussell: Tim ta' servizzi ta' appoġġ fl-evalwazzjoni

2015/S 125-228602

Avviż ta’ informazzjoni minn qabel

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, it-Taqsima R.5 — il-Finanzi, il-Kuntratti, l-Awditjar
Indirizz postali: rue de la Loi 41, l-uffiċċju 03/030
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: Jean-Hervé Ramat
Posta elettronika: europeaid-r5-call-for-tenders@ec.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Oħrajn: Servizzi marbuta mal-implimentazzjoni ta' għajnuna esterna ffinanzjata mill-UE.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II.B: Għan tal-kuntratt (Provvisti jew servizzi)

II.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Tim ta' servizzi ta' appoġġ fl-evalwazzjoni.
II.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Kategorija tas-servizz Nru 27: Servizzi oħrajn
Il-pajjiżi kollha.
II.3)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas: le
II.4)Deskrizzjoni qasira tan-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti jew servizzi:
L-offerta se timmira lejn it-twaqqif ta' tim ta' servizzi ta' appoġġ fl-evalwazzjoni (ESST) biex jipprovdi appoġġ tekniku u amministrattiv lill-maniġers tax-xogħol tad-DĠ għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali f'Delegazzjonijiet fil-KĠ u d-Delegazzjonijiet tal-UE għall-ippjanar, l-immaniġġjar u t-tixrid/l-adottar ta' evalwazzjonijiet ta' programmi ta' għajnuna esterna.
L-ESST se jkun immaniġġjat mit-Taqsima tal-Evalwazzjoni tad-DĠ għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali.
Stima tal-kost mingħajr VAT:
Medda: bejn 50 000 u 1 000 000 EUR

Lottijiet

Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.5)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

75100000 Servizzi ta' l-amministrazzjoni

II.6)Data skedata għall-bidu tal-proċeduri tal-għoti
II.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.8)Informazzjoni addizzjonali:
Dan hu avviż ta' tagħrif minn qabel ippublikat biex jgħarraf lill-partijiet interessati bit-tnedija li jmiss tal-proċedura tal-ksib. It-tagħrif kollu attwali disponibbli rigward il-kuntratt jinsab f'dan l-avviż u l-partijiet interessati ma għandhomx jikkuntattjaw lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għal aktar tagħrif. Dettalji sħaħ tal-kuntratt u fuq kif tapplika se jkunu ppubblikati fi żmien qasir fl-avviż ta' kuntratt u d-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti.
Dawk kollha li jitfgħu l-offerti għandhom jintrabtu li ma jkunux involuti fi kwalunkwe eżerċizzju ta' evalwazzjoni għad-DĠ tal-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali matul il-kuntratt jekk jingħataw il-kuntratt.
Id-data stmata tal-avviż ta' kuntratt hi l-15.7.2015. Id-data tal-għeluq stmata għat-tfigħ tal-offerti se tkun l-10.9.2015.
L-iskop tal-ESST għad irid ikun iddefinit b'mod preċiż iżda għandu prinċipalment ikopri 4 oqsma:
1. l-appoġġ metodoloġiku lil attivitajiet ta' evalwazzjoni: l-appoġġ lill-maniġers tax-xogħol tad-DĠ għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali (il-KĠ u d-Delegazzjonijiet) fl-attivitajiet ta' evalwazzjoni tagħhom permezz ta' post fejn tingħata l-għajnuna u sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità;
2. l-immaniġġjar ta' netwerk korrispondenti ta' evalwazzjoni: l-appoġġ fil-moderazzjoni tal-pjattaforma C4D 'Netwerk ta' evalwazzjoni' u fl-iffaċilitar tal-aċċess għat-tagħrif;
3. l-appoġġ lill-koordinazzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni: l-appoġġ għall-ġbir ta' dejta li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni mis-sistemi differenti ta' tagħrif u rappurtaġġ u fl-analiżi tagħhom;
4. il-kontribuzzjoni lejn il-qsim tal-għarfien mill-evalwazzjonijiet: l-appoġġ lill-użu tal-għarfien iġġenerat mill-evalwazzjoni.
Is-sehem f'din il-proċedura għat-tfigħ tal-offerti hu miftuħ fuq termini ugwali lill-persuni kollha naturali u legali fi ħdan l-iskop tat-Trattati (28 Stat Membru tal-UE) u lill-persuni naturali u legali f'pajjiż terz li għandu arranġament speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-ksib pubbliku fuq il-kundizzjonijiet mniżżla f'dak il-ftehim, jiġifieri l-Albanija, iċ-Ċili, il-Kolombja, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Honduras, l-Iżlanda, l-Iraq, il-Liechtenstein, il-Messiku, il-Montenegro, in-Nikaragwa, in-Norveġja, il-Panama, il-Perù u s-Serbja.

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
VI.2)Informazzjoni addizzjonali:
VI.3)Informazzjoni dwar il-qafas regolatorju ġenerali
VI.4)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
22.6.2015