Is-sit web tat-TED huwa lest għall-Formoli elettroniċi mit-02/11/2022. It-tfittxija nbidlet: jekk jogħġbok adatta l-mistoqsijiet esperti predefiniti tiegħek. Skopri l-bidliet fl- aħbarijiet tas-sit u fl- Paġni ta’ Għajnuna aġġornati

Servizzi - 270616-2019

12/06/2019    S111

il-Belġju-Brussell: Servizzi kollettivi u formali sostenibbli ta' forniment tal-ikel fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew

2019/S 111-270616

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, secrétariat général
Indirizz postali: Rue de la Loi 175
Belt: Bruxelles
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Kodiċi postali: 1048
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: tendering@consilium.europa.eu
Telefown: +32 2-281-8062
Faks: +32 2-280-0262
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: https://tendering.consilium.europa.eu
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://www.consilium.europa.eu/contacts/procurement
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4929
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Servizzi kollettivi u formali sostenibbli ta' forniment tal-ikel fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew

Numru ta' referenza: UCA 19/026
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
55511000 Servizzi tal-kafetterija u dwak l-oħrajn tal-kafetterija bi klijentela ristretta
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-għan ta' din is-sejħa għall-offerti hu li jiġi pprovdut servizz kollettiv u formali sostenibbli ta' forniment tal-ikel fil-binjiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SGC) fi Brussell, u tkopri wkoll servizzi, f'każ ta' avveniment formali organizzat b'mod eċċezzjonali barra mill-binjiet tal-Kunsill, fit-territorju kollu tal-Belġju.

II.1.5)Stima tal-valur totali
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
55330000 Servizzi tal-kafetterija
55300000 Servizzi ta’ resturanti u tal-preżentazzjoni ta’ l-ikel
55512000 Servizzi ta’ l-amministrazzjoni tal-kafetterija
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Brussell.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Is-servizzi meħtieġa japplikaw għal servizzi kollettivi u formali sostenibbli ta' forniment tal-ikel, l-iktar għall-binjiet kollha okkupati mill-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jinsabu fi Brussell, rue de la Loi. B'mod eċċezzjonali, is-servizzi jistgħu jkunu meħtieġa għal avvenimenti formali organizzati barra mill-binjiet tal-Kunsill, fit-territorju kollu tal-Belġju.

Madankollu, il-kuntratt ma jkoprix l-avvenimenti formali organizzati barra mit-territorju Belġjan, b'mod partikolari s-seduti tal-Kunsill li jsiru fil-Lussemburgu fix-xhur ta' April, Ġunju u Ottubru, jew l-avvenimenti formali organizzati mill-presidenza b'rotazzjoni fl-Istat Membru tiegħu.

L-SGC, li jgħin fix-xogħlijiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, iħaddem 2 770 persuna (fl-2018) maqsuma mat-3 binjiet tal-viċinat.

Barra minn hekk, l-SGC kull sena jorganizza iżjed minn 7 500 laqgħa ta' ħidma tal-korpi preparatorji tal-Kunsill, li jilqgħu kuljum bosta delegati, ġurnalisti, uffiċjali tal-istituzzjonijiet l-oħra u viżitaturi oħra akkreditati kif xieraq, jiġifieri medja ta' madwar 2 000 persuna kuljum li għandhom aċċess għall-forniment tal-ikel kollettiv:

— is-servizzi sostenibbli kollettivi ta' forniment tal-ikel ikopru b'mod partikolari: ristoranti fejn il-klijenti jservu lilhom infushom, kaffetteriji, bars, u rkejjen għall-kafè tat-tliet binjiet tal-SGC.

Is-servizzi kollettivi ta' forniment tal-ikel jinkludu wkoll l-użu ta' magni awtomatiċi bil-ħlas li jbigħu snekks, xorb sħun u xorb kiesaħ, u snekks permezz ta' konċessjoni.

— is-servizzi sostenibbli formali ta' forniment tal-ikel ikopru b'mod partikolari s-servizz ta' ikliet u ta' xorb għall-avvenimenti jew laqgħat formali ta' livell għoli (laqgħat fil-livell tal-kapijiet statali jew tal-gvern, ministri, ambaxxaturi, eċċ.) jew servizzi oħra.

Is-servizzi jinkludu t-tindif tal-ispazji tal-kċejjen.

L-attività tas-SGC issir matul it-12-il xahar tas-sena fuq skeda ta' madwar 240 jum ta' xogħol, fuq il-bażi ta' skeda varjabbli ta' sigħat.

Kultant, ix-xogħlijiet tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jinvolvu seduti filgħaxija jew billejl, jew nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd u/jew ċerti festi pubbliċi.

F'din is-sejħa għall-offerti, tingħata attenzjoni partikolari lill-aspett sostenibbli u ambjentali tas-servizzi ta' forniment tal-ikel, f'kunsiderazzjoni tar-rispett tas-sistema EMAS fis-seħħ fl-SGC.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 60
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

L-istima tal-volum tal-kuntratt tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet: il-formola finanzjarja (l-Anness IV tal-ispeċifikazzjonijiet) tippreżenta l-istatistika tal-bejgħ tal-2018 (inkluż il-forniment tal-ikel formali) u ta' użu tal-kaxxier (statistika mogħtija b'mod totalment indikattiv mingħajr l-involviment tal-SGC). Se tkun organizzata żjara fuq is-sit obbligatorja għall-kandidati magħżula matul Settembru.

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Ara d-dokumenti annessi: id-dikjarazzjoni fuq l-unur li għandha x'taqsam mal-kriterji tat-twarrib u tal-għażla.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura kompetittiva bin-negozjazzjoni
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed
Fil-każ ta' ftehimiet qafas – ġustifikazzjoni għal kull tul ta' żmien li jaqbeż l-erba’ snin:

Tul ta' żmien tal-kuntratt ta' 5 snin, perijodu li jippermetti lill-operatur ekonomiku jikseb stabilità u jiġu livellati l-effetti negattivi ta' fluttwazzjonijiet possibbli dovuti għall-infrastrutturi (pereżempju tiġdid, għeluq temporanju ta' installazzjonijiet, ...) jew għall-fatturi esterni (pereżempju kalendarju relattivament mhux previst ta' avvenimenti politiċi, ...).

IV.1.5)Informazzjoni dwar in-negozjazzjoni
L-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tagħti l-kuntratt fuq il-bażi tal-offerti tal-bidu mingħajr ma tidħol f'negozjati
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 01/07/2019
Ħin lokali: 16:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu
VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu
VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, secrétariat général
Indirizz postali: Wetstraat/rue de la Loi 175
Belt: Bruxelles
Kodiċi postali: 1048
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: tendering@consilium.europa.eu
Telefown: +32 2-2818062
Faks: +32 2-2800262
Indirizz tal-Internet: http://www.consilium.europa.eu/contacts/procurement
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
28/05/2019