Servizzi - 275949-2017

18/07/2017    S135

il-Belġju-Brussell: Proġett pilota: ristrutturar tal-katina tan-naħal tal-għasel u l-programm ta' tnissil u għażla ta' reżistenza kontra l-Varroa

2017/S 135-275949

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea
Indirizz postali: rue de la Loi/Wetstraat 130, Office: L-130 10/037
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE100 Arr. de Bruxelles-Capitale / Arr. van Brussel-Hoofdstad
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: Il-Kap tat-Taqsima DG AGRI C.4
Posta elettronika: agri-evaluation@ec.europa.eu
Telefown: +32 22962249
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://ec.europa.eu/agriculture/evaluation/index_en.htm
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=2625
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Attivitajiet oħra: L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Proġett pilota: ristrutturar tal-katina tan-naħal tal-għasel u l-programm ta' tnissil u għażla ta' reżistenza kontra l-Varroa.

Numru ta' referenza: AGRI-2017-EVAL-05.
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
79310000 Servizzi ta' riċerka tas-suq
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Proġett pilota: ristrutturar tal-katina tan-naħal tal-għasel u l-programm ta' tnissil u għażla ta' reżistenza kontra l-Varroa.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 900 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
77100000 Servizzi ta' l-agrikoltura
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: 00 Not specified
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-kunsinna se tkun normalment se tkun fil-post tal-kuntrattur.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt timmira li twaqqaf kuntratt ma' kuntrattur singlu għal perijodu ta' 42 xahar sabiex tikkonkludi proġett pilota fuq ir-ristrutturar tal-katina tan-naħal tal-għasel u programm ta' tnissil u għażla ta' reżistenza kontra l-Varroa.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 900 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 42
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-valur totali stmat tal-kuntratt li għalih hemm referenza fit-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-avviż preżenti għandu jkun ikkunsidrat bħala ammont massimu. Bħala riżultat, l-offerti li jaqbżuh se jitwarrbu. Il-prezzijiet għandhom ikunu jinkludu kollox: il-Kummissjoni Ewropea mhux se tħallas spejjeż għal kwalunkwe nfiq addizzjonali ġġenerat mit-twettiq tal-kuntratt.

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 04/09/2017
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 15/09/2017
Ħin lokali: 10:30
Post:

Id-DĠ għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, rue de la Loi 130, Office 10/037, 1049 Brussels, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Mhux iżjed minn 2 rappreżentanti għal kull min jitfa' offerta, b'mandat kif suppost, huma permessi jattendu għall-ftuħ (prova tal-identità għandha tingħata bil-preżentazzjoni ta' passaport jew karta tal-identità). Jekk dawk li jitfgħu l-offerti jixtiequ jkunu preżenti, huma għandhom jgħarrfu lit-Taqsima tal-Evalwazzjoni Ċ.4 tad-DĠ tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali b'Email mhux iktar tard minn ġimgħa (1) qabel id-data tal-ftuħ, lill-kuntatti indikati fil-punt l.1.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti se jkunu disponibbli għat-tniżżil fl-indirizz indikat taħt it-titlu I.3. Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari u hija r-responsabbiltà ta' dawk li jitfgħu l-offerti li jiċċekkjaw għal aġġornamenti u modifikazzjonijiet waqt il-perijodu għat-tfigħ tal-offerti.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu/
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Tista' tissottometti kwalunkwe osservazzjonijiet dwar il-proċedura tal-għoti lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt indikata taħt it-titlu l.1.

Jekk temmen li kien hemm amministrazzjoni ħażina, tista' tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha sirt taf dwar il-fatti li fuqhom huwa bbażat l-ilment (ara http://www.ombudsman.europa.eu). Ilment bħal dan mhux se jwassal biex jew ikun sospiż il-limitu taż-żmien għat-tressiq ta' appell jew biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq ta' appell. Fi żmien xahrejn (2) min-notifika dwar id-deċiżjoni tal-għoti inti tista' tressaq appell quddiem l-entità li għaliha hemm referenza f'VI.4.1.

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu/
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
06/07/2017