Servizzi - 300830-2017

Uri l-lista b'inqas dettalji

02/08/2017    S146

il-Belġju-Brussell: Qafas ta' kuntratt għall-implimentazzjoni ta' għajnuna esterna għall-2018 (QTK SIEA tal-2018)

2017/S 146-300830

Tagħrif addizzjonali

(Is-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tas-7.7.2017, 2017/S 128-260026)

id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, it-Taqsima R5, L-41 Office 06/167, 1049 Brussels, IL-BELĠJU. Ikkuntattja lil: Jean-Hervé Ramat, Il-Kap tat-Taqsima R5. Email: EUROPEAID-R5-CALL-FOR-TENDERS@ec.europa.eu


Nota:

Il-kriterji ta' eliġibbiltà f'Taqsima 5 tal-istruzzjonijiet għal dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jiġu osservati għat-tul ta' żmien kollu tal-FWC SIEA 2018 inkluż it-tiġdidiet (4 snin).

Għat-teffiegħa tal-offerti Ingliżi, jekk jogħġbok kunu afu li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, ir-regoli ta' eligibbiltà taħt il-programmi ta' għajnuna esterna tal-UE jistgħu jirriżultaw f'operaturi ekonomiċi Ingliżi jsiru mhux eliġibbli taħt ċerti programmi, suġġetti għar-riżultat tan-negozjati.

F'tali każ, mexxej ta' konsorzju Ingliż mhux se jibqa' eliġibbli għall-programmi kollha ta' għajnuna esterna tal-UE u l-mexxej tal-konsorzju Ingliż ikollu jinbidel fir-rwol tiegħu bħala mexxej minn operatur ekonomiku eliġibbli (suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt) jew, jekk dan ma jkunx possibbli, imbgħad il-qafas ta' kuntratt SIEA tal-2018 ma' dak il-konsorzju jista' possibbilment ma jiġġeddidx jew jintemm a bażi tar-raġunijiet t'hawn fuq.

Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti disponibbli fl-indirizz tal-Internet f'Taqsima I.3 tal-avviż ta' kuntratt ġew emendati.