Xogħlijiet - 327282-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

18/09/2015    S181

il-Belġju-Brussell: Stedina għall-offerti Nru 06D20/2015/M041 — Rinnovament tal-kamra tal-londri fuq livell -2 tal-Binja Altiero Spinelli

2015/S 181-327282

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: It-Taqsima tal-Kuntratti u l-Ksib
Posta elettronika: inlo.ao-bru@europarl.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1036

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Stedina għall-offerti Nru 06D20/2015/M041 — Rinnovament tal-kamra tal-londri fuq livell -2 tal-Binja Altiero Spinelli.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Xogħlijiet
Eżekuzzjoni
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Brussell.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Xogħlijiet biex tiġi rinovata l-kamra tal-londri fuq il-livell -2 tal-Binja Altiero Spinelli.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

45000000 Xogħol tal-kostruzzjoni

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
f’jiem: 120 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Se titfassal garanzija irrevokabbli, mhux kondizzjonali, li titħallas mal-ewwel talba, għall-ammont li jikkorrispondi għal 10 % tal-prezz totali tal-kuntratt, kif imfisser mill-provvedimenti ta' Artikolu I.3(1) tal-kuntratt qabel ma ssir l-ewwel talba għall-ħlas. Din il-garanzija se tkun murija permezz ta' ittra ta' garanzija maħruġa minn bank, istituzzjoni finanzjarja jew terza parti approvata minn min jieħu ħsieb il-ħlasijiet tal-Parlament Ewropew.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-ħlas tas-somom għat-twettiq tal-kuntratt huwa dovut fi żmien 60 jum kalendarji mid-data li fiha tasal t-talba għall-ħlas.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
F'din il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jistgħu jieħdu sehem indaqs il-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-korpi pubbliċi li jaqgħu taħt l-għan tat-trattati — l-aktar dawk li ġejjin minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea — u l-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-korpi pubbliċi ta' pajjiżi li mhumiex membri u li daħlu fi ftehim speċjali mal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ksib pubbliku, skont il-kondizzjonijiet imfissra f'dan il-ftehim.
Il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jekk il-membri tagħhom huma responsabbli b'mod konġunt jew individwali. Dan jista' jinkludi entità li jkollha bixra legali u anki jekk le: konsorzju, ftehim privat jew kull għamla xierqa oħra ta' kooperazzjoni. Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jitlob li l-grupp li jirbaħ il-kuntratt jieħu bixra legali speċifika jekk din tkun meħtieġa biex il-kuntratt jitwettaq b'mod xieraq.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: nota ta' tfakkir dwar il-kriterji tat-twarrib — Artikoli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju:
Artikolu 106:
1. il-kandidati se jinżammu milli jieħdu sehem fil-proċeduri tal-ksib jekk:
(a) huma falluti jew qed jingħalaq in-negozju tagħhom, in-negozju tagħhom qed jiġi amministrat mill-qrati, daħlu f'xi ftehim ma' kredituri, għandhom in-negozju tagħhom imwaqqaf, huma suġġetti għal proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-affarijiet, jew jinsabu f'sitwazzjoni analoga li toħroġ minn proċedura simili li hija pprovduta fil-leġislazzjoni jew fir-regoli nazzjonali;
(b) huma jew il-persuni li għandhom is-saħħa li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom kienu nstabu ħatja ta' nuqqas marbut mal-imġiba professjonali tagħhom permezz ta' sentenza ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru li għandha s-saħħa ta' 'res judicata';
(ċ) huma kienu nstabu ħatja ta' nuqqas serju fl-imġiba professjonali tagħhom ppruvat b'kull mezz li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tiġġustifika, anki b'deċiżjonijiet tal-BEI (Bank Ewropew tal-Investiment) u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) huma mhumiex jimxu mal-obbligi tagħhom li għandhom x'jaqsmu mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huma mwaqqfa jew ma' dawk tal-pajjiż tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew dawk tal-pajjiż fejn se jitwettaq il-kuntratt;
(e) huma stess, jew il-persuni bil-poteri tar-rappreżentanza, it-teħid tad-deċiżjonijiet jew kontroll fejn jidħlu huma kienu s-suġġett għal ġudizzju li għandu s-saħħa ta' 'res judicata' għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kull attività oħra illegali li hi ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
(f) huma bħalissa s-suġġett ta' penalità amministrattiva msemmija f'Artikolu 109(1).
Il-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel sottoparagrafu ma jkunux jgħoddu f'każ li l-provvisti jinxtraw mingħand fornitur li, għalkemm żgur ikun qiegħed ixolji l-attivitajiet tan-negozju tiegħu, joffri l-provvisti b'kundizzjonijiet li jkollhom vantaġġ partikulari, jew jekk jinxtraw mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta' falliment, permezz ta' ftehim li jsir mal-kredituri, jew permezz ta' proċedura tal-istess tip skont il-liġi nazzjonali.
Il-punti (b) u (e) tal-ewwel sottoparagrafu mhumiex se jkunu jgħoddu jekk il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jagħtu prova li ttieħdu miżuri xierqa kontra l-persuni li għandhom il-poteri li jirrappreżentawhom, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom, li huma suġġetti għal sentenza kif imsemmi fil-punti (b) jew (e) tal-ewwel sottoparagrafu.
(...)
Artikolu 107:
1. il-kuntratt mhux se jingħata lil dawk il-kandidati li, waqt il-proċedura tal-ksib għal dak il-kuntratt:
(a) huma suġġetti għal konflitt ta' interess;
(b) huma ħatja li ppruvaw iqarrqu meta taw it-tagħrif meħtieġ mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew naqsu milli jagħtu dan it-tagħrif, meta din kienet waħda mill-kundizzjonijiet biex jieħdu sehem fil-proċedura tal-ksib;
(c) isibu lilhom infushom f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib, imsemmija f'Artikolu 106(1), għal din il-proċedura ta' ksib.
(...)
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tal-ispeċifikazzjonijiet.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tal-ispeċifikazzjonijiet.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: — dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu prova li għandhom approvazzjoni ta' Klassi 6 skont Artikoli 10 u 11 tad-Digriet Irjali Belġjan tas-26.9.1991 u l-aġġornamenti kollha li sarulu, jew l-ekwivalenti fil-pajjiż tal-oriġini ta' min qiegħed jitfa' l-offerti,
— dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jipprovdu prova, matul it-3 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt, dħul minimu annwali ta' EUR 4 000 000, minbarra t-taxxi.
— dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu prova li għandhom polza speċifika tal-assigurazzjoni li tilqa' kontra r-riskju professjonali.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tal-ispeċifikazzjonijiet.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
— dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu prova li għandhom approvazzjoni ta' Kategorija D skont Artikolu 4 tad-Digriet Irjali Belġjan tas-26.9.1991 u l-aġġornamenti kollha li sarulu, jew l-ekwivalenti fil-pajjiż tal-oriġini ta' min qiegħed jitfa' l-offerti,
— dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jipprovdu prova, matul it-3 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt, mill-inqas 3 kuntratti għal xogħlijiet ta' tiġdid.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
06D20/2015/M041.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
1.12.2015 - 17:00
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 10.12.2015 - 9:30

Post:

rue Montoyer 70, 1047 Brussell, IL-BELĠJU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Il-Parlament Ewropew se jorganizza żjara fuq is-sit li se ssir nhar it-28.10.2015 (fl-10:00).
Il-post tal-laqgħa se jkun fid-daħla taċ-ċentru tal-akkreditazzjoni fil-Binja Altiero Spinelli fi Brussell (ara l-mappa mehmuża mal-klawsoli amministrattivi).
Jistgħu jattendu sa 2 rappreżentanti għal kull kumpanija.

Sabiex tħejji l-'pass' għad-dħul tiegħek, jekk jogħġbok ipprovdi permezz ta' Email (preferibbilment) fuq l-indirizz li ġej: inlo.ao-bru@ep.europa.eu

jew bil-posta f'dan l-indirizz:
Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat-Ġenerali għall-infrastruttura u l-Loġistika, it-Taqsima tal-Kuntratti u l-Ksib, l-Uffiċċju MTY 08R003, rue Wiertz 60, 1047 Brussels, IL-BELĠJU,
l-informazzjoni li ġejja mill-inqas jumejn (2) ta' xogħol qabel iż-żjara:
— l-isem uffiċjali tal-kumpanija,
— l-indirizz tal-Email tal-kumpanija,
— l-isem, it-titlu, in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid ta' dawk kollha li qed jieħdu sehem fiż-żjara.
Ir-rappreżentanti tiegħek irid ikollhom fuqhom għamla ta' identifikazzjoni valida.
NB: jekk wieħed jonqos milli jibgħat l-informazzjoni mitluba hawn fuq f'waqtha, dan jista' jwassal biex is-servizzi tas-sigurtà tal-Parlament Ewropew ma jagħtux aċċess lir-rappreżentanti ta' min qiegħed jitfa' l-offerti.
Is-sehem fiż-żjara fuq is-sit huwa mandatarju. huma dawk biss li jattendu li se jitħallew jitfgħu l-offerti. Il-firma fir-reġistru tal-attendenza se sservi bħala prova tal-parteċipazzjoni.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell
VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
8.9.2015