Xogħlijiet - 340234-2018

04/08/2018    S149    Qorti Ewropea tal-Awdituri - Xogħlijiet - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Xogħol ta' żvilupp, ta' restawr u ta' tiswija tal-bini tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

2018/S 149-340234

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Legal Basis:

Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
12, rue Alcide De Gasperi
Luxembourg
L-1615
Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Service des appels d'offres et contrats
Telefown: +352 4398-47611
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Faks: +352 4398-46667
Kodiċi NUTS: LU

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ewlieni: http://www.eca.europa.eu

I.2)Tagħrif dwar ksib konġunt
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3877
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Xogħol ta' żvilupp, ta' restawr u ta' tiswija tal-bini tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Numru ta' referenza: AO 641
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
45430000
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Xogħlijiet
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, minn hawn 'il-quddiem imsejħa "il-Qorti", għandha l-intenzjoni li tagħżel operatur ekonomiku, minn hawn 'il-quddiem imsejjaħ "il-kuntrattur", biex iwettaq ix-xogħol ta' żvilupp, ta' restawr u ta' tiswija fiż-żoni magħluqa u koperti u tal-irfinar tal-bini tagħha.

Qafas ta' kuntratt għandu jkun stabbilit biex jitwettqu żewġ tipi ta' xogħlijiet:

— xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' tiswija li għandhom jitwettqu matul il-perijodu kollu tal-kuntratt skont il-bżonnijiet tal-qorti: xogħlijiet ta' manutenzjoni, xogħlijiet ta' restawr bil-għan li jinżamm il-livell tal-kwalità tal-wirt arkitettoniku, it-tiswijiet diversi tal-persjani, bibien u twieqi, provvisti rikorrenti tal-affarijiet għat-tiswijiet, eċċ.,

— proġetti ta' żvilupp mill-ġdid jew ta' rinnovazzjoni li huma biċċiet ta' xogħol iktar kumplessi fuq żoni ikbar li jeħtieġu l-intervent ta' iktar intrapriżi.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 5 200 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
45420000
45454000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU0
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Luxembourg Kirchberg

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Il-qorti stabbilit lista proġettata u mhux eżawrjenti tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' tiswija u tal-proġetti ta' żvilupp mill-ġdid jew ta' rinnovazzjoni li jistgħu jidħlu fil-qafas tal-Ordni tax-Xiri marbuta ma' dan il-qafas ta' kuntratt. Din ma tikkostitwixxix impenn mill-qorti biex taċċetta li tagħmel dawn ix-xogħlijiet u tista' tinbidel maż-żmien skont il-bżonn.

Xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' tiswija:

— rinnovazzjoni (tibdil tal-art u l-għoti taż-żebgħa lill-ħitan) ta' żewġ (2) uffiċċji tal-membri fis-sena (l-erja ta' kull uffiċċju bejn 160 m2 u 185 m2) – kull sena fix-xahar ta' Awwissu,

— l-għoti taż-żebgħa regolari lill-partijiet komuni tal-bini (± 4000 m2 kull sena) – kull sena kif meħtieġ,

— it-tiswijiet żgħar fil-bini (± 10 ijiem tax-xogħol ta' intervent għal żewġ (2) persuni fis-sena) miġburin skont il-jiem ta' intervent – kull sena skont it-talbiet,

— it-tibdil taċ-ċilindri tat-300 element tal-faċċata bil-pannelli tal-K2 – fl-2019,

—ir-rinnovazzjoni taż-żebgħa tal-parkeġġ u tas-sinjali tal-parkeġġ (surface parkings: ± 7 500 m2) – fl-2021,

— it-tibdil tat-twapet tal-kurituri tal-bini K3 (± 2 000 m2) – fl-2022,

— xogħlijiet tal-għoti taż-żebgħa lill-faċċati ta' barra kif ukoll il-ħitan bil-ġibs abjad tal-bini K2 li jkopri s-sulari 0 sa 6 (± 2000 m2) – fl- 2022,

— l-installazzjoni tal-laminazzjoni ta' protezzjoni fuq  ± 5000 m2 ta' twieqi tal-bini – fl- 2019-2020-2021.

Proġetti ta' żvilupp mill-ġdid jew ta' rinnovazzjoni (il-proġetti huma elenkati f'din il-lista f’ordni miż-żgħir għall-kbir skont id-daqs tax-xogħlijiet u l-investimenti previsti):

—xogħlijiet relatati mar-rinnovazzjoni tal-kontroll tal-vetturi fiż-żona tal-kunsinna – fl-2021,

—xogħlijiet relatati mal-installazzjoni ta' bibien li jaħdmu bl-elettriku fil-parkeġġ (il-bini ta' ħajt tal-konkrit u l-għoti taż-żebgħa) – fl-2019,

— żvilupp mill-ġdid ta' żewġ (2) uffiċċji ta' membri fis-sena b'modifika ta' kompartimentalizzazzjoni (l-erja ta' kull uffiċċju bejn160 m2 u185m2) – kull sena skont il-bżonn,

—ir-rinnovazzjoni tal-uffiċċji fil-pjan terran tal-bini K1 (± 150 m2) – fl-2020,

— it-trasformazzjoni tal-kamra antika tal-informatika (± 75 m2) fil-bini K2 fi kmamar ta' tbiddil– fl-2020,

— ir-rinnovazzjoni tas-sala u tad-daħla tal-bini K1 (±340 m2) – 2019 – tul taż-żmien ta' iktar minn 3 xhur,

— ir-rinnovazzjoni tal-kamra Aigner (±140 m2) bl- installazzjoni ta' żewġ (2) kabini tal-interpretazzjoni – 2019 – tul taż-żmien ta' iktar minn 3 xhur,

—il-ħolqien ta' ċentru għall-viżitaturi fil-bini K1 livell -1 fl-Agora (±250 m2) – 2020 sa 2022,

— il-ħolqien ta' spazji għal Activity Based Working (ABW) fil-bini K2 – 2019 sa 2021,

— il-ħolqien ta' spazji għall-ABW[1] fil-bini K2 (rinnovazzjoni kompleta bil-ħolqien ta' postijiet ġodda b'żewġ (2) żoni f'kull sular (5 darbiet ±300 m2), rinnovazzjoni parzjali taż-żoni ta' ħdejhom (liftijiet, kuritur, kmamar tekniċi), ftuħ u għeluq ta' ± 3500 m2 ta' soqfa u ta' tibdil ta' ± 3 500 m2 de

Kisi tal-art).

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 5 200 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Ix-xogħlijiet li għandhom isiru huma maqsuma f'żewġ lottijiet fil-lista tal-prezzijiet:

— Lott I huma x-xogħlijiet diġa msemmija u deskritti hawn taħt u li l-kwantitajiet tagħhom setgħu jiġu stmati,

—Lott II huma ix-xogħlijiet diretti. Il-kontenut preċis ta' dawn ix-xogħlijiet u t-tiswijiet għandu jkun speċifikat meta ssir it-talba għall-kwotazzjonijiet lill-Kuntrattur – ara l-ispeċifikazjonijiet, kapitlu A.1. għal iktar informazzjoni.

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Bl-għoti ta' offerta, dawk li jitfgħu offerta jikkonfermaw li għandhom il-kapaċità legali biex iwettqu l-kuntratt (ara l-istqarrija fuq l-unur fl-anness 3).

Il-provi li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet fit-termini tal-kapaċità legali huma kif ġej:

— dokument ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija u/jew l-aktar verżjoni riċenti tal-memorandum u tal-istatut ta' assoċjazzjoni,

— prova tar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali jew tal-kummerċ taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fis-seħħ skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn huwa mwaqqaf dak li jitfa' l-offerta u b'rabta mal-kontenut tas-suġġett tal-kuntratt.

Dawn il-provi se jintalbu lil dawk li jitfgħu l-offerti u li lilhom se jkun mogħti il-kuntratt.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Il-kandidati li jitfgħu offerta jrid ikollhom riżorsi u mezzi finanzjarji biżżejjed biex iwettqu l-qafas tal-kuntratt (ara l-istqarrija fuq l-unur fl-anness 3).

Il-bżonnijiet f'termini tal-ħila ekonomika u finanzjarja huma kif ġej:

— Id-dħul medju annwali kollu tal-aħħar 3 snin ta' dak li jitfa' l-offerta li għandu x'jaqsam max-xogħlijiet li jirreferi għalihom il-kuntratt għandu jkun daqs jew ogħla mid-doppju tal-valur annwali stmat bħala 2 600 000 EUR.

— Il-kuntrattur għandu jkollu assigurazzjoni ta' indennizz professjonali skont il-kriterji li ġejjin:

—— assigurazzjoni għar-responsabilità ċivili "Exploitation" u/jew "Waqt ix-xogħol"

Danni personali minħabba f'inċident: 2 500 000.00 EUR,

Danni tanġibbli u mhux tanġibbli kawża ta' inċident: 500 000.00 EUR.

—— assigurazzjoni għar-responsabilità ċivili "Wara l-kunsinna" u/jew "Wara x-xogħlijiet"

Id-danni kollha meħuda flimkien (personali, tanġibbli u mhux tanġibbli kkawżati): 2 500 000.00 EUR għal kull inċident u għal kull sena,

L-oġġetti mogħtija u/jew danni lill-oġġetti minħabba f'inċident: 500 000.00 EUR.

Il-provi se jintalbu lil dawk li jitfgħu l-offerti u li lilhom se jkun mogħti il-kuntratt.

Ara l-ispeċifikazzjonijiet, il-parti A.8.2 għal iktar informazzjoni.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu prova li għandhom il-ħila teknika u professjonali sabiex iwettqu l-qafas tal-kuntratt, kif ġej:

a) Dak li jitfa' l-offerta għandu jkollu esperjenza ta' mill-inqas 3 snin fit-twettiq ta' xogħlijiet simili għal dawk li huma s-suġġett ta' dan il-kuntratt.

Bħala prova, hu għandu jipprovdi lista ta' mill-inqas 3 xogħlijiet ta' żvilupp u/jew ta' trasformazzjoni ta' spazju tat-tip ta' uffiċċju b'superfiċje grossa għal kull proġett ta' 1000 m2, magħmulin matul l-aħħar 5 snin u jindika l-valur tagħhom, id-data tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħlijiet u l-post fejn kienu. Spjegazzjoni tar-rwol eżatt ta' dak li tefa' l-offerta f'kull operazzjoni hija mitluba wkoll u għandha tinkludi wkoll indikazzjoni dwar il-possibilità tas-sottokuntrattar. Ix-xogħlijiet imwettqa mill-Kuntrattur għandhom jittrattaw mill-inqas 3 dominji tekniċi differenti fost it-twettiq ta' xogħol tal-injam, ix-xogħol tal-metall, it-tibjid, it-tqegħid ta' kull tip ta' kisi tal-art, tas-soqfa jew tal-paratiji.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li titlob f'kull ħin iċ-ċertifikati u l-fatturi li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq ta' dawn ix-xogħlijiet.

b) Dak li jitfa' l-offerta jew wieħed mis-sottokuntratturi jew ko-kuntratturi tiegħu għandu jkun approvat, mill-Ministeru tal-Ambjent tal-Lussemburgu, biex jittrasporta l-iskart iġġenerat mit-twettiq tax-xogħlijiet jew jagħti prova li qiegħed fil-proċess ta' approvazzjoni.

Bħala prova, dak li jitfa' l-offerta li lilu jkun ingħata l-kuntratt għandu jipprovdi kopja tal-approvazzjoni jew tat-talba għall-approvazzjoni.

ċ) Dak li jitfa' l-offerta għandu awtorizzazzjoni li tistabbilixxih bħala intraprenditur fil-kostruzzjoni jew notifika għall-provvista ta' servizzi

Dak li jitfa' l-offerta li lilu jkun ingħata l-kuntratt għandu jieħu l-prova tal-awtorizzazzjoni tal-istabbiliment tiegħu fil-qasam tax-xogħlijiet ta' snajja msemmija f'dan il-kuntratt Lista A jew B, maħruġ mill-awtoritajiet tal-Lussemburgu jekk huwa mwaqqaf fit-territorju tal-Lussemburgu. L-intrapriżi tas-snajja mwaqqfa fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera (CH) jew f'wieħed mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) m'għandhomx bżonn ta' awtorizzazzjoni ta' stabbiliment biex jipprovdu servizzi fuq bażi każwali jew temporanja fil-Lussemburgu, bil-kundizzjoni li jinnotifikaw dan lid-Direttorat Ġenerali tal-SMEs u l-Intraprenditorjat. F'dan il-każ tal-aħħar, dawk li jitfgħu l-offerta jintrabtu b'dawn il-kundizzjonijiet meta jitfgħu l-offerta tagħhom. Dan il-kriterju japplika wkoll għall-entitajiet li l-operatur ekonomiku għandu l-ħsieb li jqabbad u għas-sottokuntratturi eventwali. L-intrapriżi li mhumiex imwaqqfa fil-Lussemburgu għandhom jieħdu l-prova li huma approvati f'pajjiżhom għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni msemmija f'dan il-kuntratt.

III.1.5)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.2)Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt:
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.4)Informazzjoni dwar tnaqqis fl-għadd ta’ soluzzjonijiet jew offerti matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.1.6)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.1)Pubblikazzjoni preċedenti dwar din il-proċedura
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 05/10/2018
Ħin lokali: 17:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 12/10/2018
Ħin lokali: 10:00
Post:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi à Luxembourg-Kirchberg, Lussemburgu

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Dawk li jitfgħu l-offerti jew ir-rappreżentant tagħhom li jixtiequ jattendu għall-ftuħ tal-offerti għandhom jikkonfermaw dan bil-miktub (Email: eca-procurement.service@eca.europa.eu) sa mhux iktar tard mill-4.10.2018 f'12:00, u għandhom jipprovdu l-awtorizzazzjoni xierqa tagħhom biex jirrappreżentaw il-kumpanija jew il-konsorzju tagħhom. Tista' tattendi persuna waħda biss għal kull kumpanija jew konsorzju.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar flussi ta' xogħol elettroniċi
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Hemm ippjanata żjara fuq is-sit nhar it-Tlieta 28.8.2018 mid-9:30 sal-17:00. Iż-żjara fuq is-sit se ssir fl-indirizz li ġej: 12, rue Alcide De Gasperi, L-1615 Luxembourg-Kirchberg, Lussemburgu (wieħed għandu jippreżenta ruħu fiż-żona principali tal-ilqugħ). Iż-żjara fuq is-sit hija rrakkomandata ħafna.

Jekk id-data mhix konvenjenti għalik, inti mistieden li tipproponi data oħra, mingħajr ma tkun mibdula d-data għall-ilqugħ tal-offerti.

Dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba li jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jibagħtu email fuq l-indirizz li ġej eca-procurement.service@eca.europa.eu) mhux aktar tard mill-16:00 tal-jum qabel iż-żjara fuq is-sit.

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali għandhom jintbagħtu permezz tal-ħolqa "Create a question" fil-"Questions and Answers" tal-paġna korrispondenti tat-TED eTendering (https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3877). Fejn applikabbli, l-informazzjoni addizzjonali u l-informazzjoni li ngħatat iktar 'il fuq se jkunu ppubblikati fuq dan is-sit. Dawk li jitfgħu l-offerti huma avżati biex jirreġistraw fl-applikazzjoni tal-eTendering sabiex jirċievu notifiki dwar il-kuntratt. Il-Qorti mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 6 ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti.

Jekk jogħġbok, l-offerta tiegħek għandha tasal fi tliet kopji (waħda oriġinali, kopja stampata bil-kelma "kopja" kif ukoll kopja elettronika li tippermetti riċerka avvanzata tal-kliem ewlieni fuq USB stick jew CD-rom) u mħejjija fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data ppjanata għall-bidu tal-Kuntratt hija l-1.11.2018, basta li l-kuntratt ikun iffirmat miż-żewġ partijiet sa din id-data.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Il-Qorti Ġenerali
Rue du Fort Niedergrünewald
Luxembourg
L-2925
Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100

Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
L-Ombudsman Ewropew
Strasbourg
67001
Franza
Telefown: +33 388172313

Indirizz tal-Internet: http://ombudsman.europa.eu/

VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha jsir jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, service des appels d'offres et contrats
12, rue Alcide de Gasperi
Luxembourg
L-1615
Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4398-45540
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Faks: +352 4398-46955

Indirizz tal-Internet: http://www.eca.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
24/07/2018