L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE qiegħed fil-proċess li jaġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Servizzi - 429629-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

08/12/2015    S237    Parlament Ewropew - Servizzi - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Proġett biex jiġi estiż u modernizzat il-Bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu — xogħol ta' konsulent tekniku għall-monitoraġġ tax-xogħlijiet

2015/S 237-429629

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: plateau de Kirchberg
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2929
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: It-Taqsima tal-Kuntratti u l-Ksib
Posta elettronika: inlo.ao-lux@europarl.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1045

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Proġett biex jiġi estiż u modernizzat il-Bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu — xogħol ta' konsulent tekniku għall-monitoraġġ tax-xogħlijiet.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 12: Servizzi arkitettoniċi; servizzi ta’ inġinerija u servizzi ta’ inġinerija integrata; ippjanar urban u servizzi ta’ inġinerija tal-pajsaġġi; servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika; servizzi ta’ ttestjar u analiżi teknika

Kodiċi NUTS LU

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 75
Ġustifikazzjoni għal ftehim qafas, li t-tul ta' żmien tiegħu jaqbeż l-erba’ snin: kontinwità ta' ħidmiet sat-tlestija tal-proġett KAD. Huwa maħsub li x-xogħlijiet involuti fit-twettiq tal-proġett KAD se jaqbżu t-48 xahar. Ix-xogħol ta' konsulenza teknika għall-monitoraġġ tal-proġett, għajnuna fl-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u l-avvjament tal-bini huma essenzjali f'dan ir-rigward.
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi din l-istedina għall-offerti sabiex jikri konsulent tekniku għall-monitoraġġ tax-xogħlijiet għal kostruzzjoni u biex jiġi modernizzat il-Bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu.
Il-konsulent tekniku se jipprovdi lir-rappreżentant tal-klijent b'għajnuna teknika f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti tekniċi kollha involuti fit-twettiq ta' dan il-proġett. Se jwettaq ukoll verifiki ta' kwalità fuq il-lottijiet mill-immaniġġjar tal-proġett u jgħin matul il-fażi tal-aċċettazzjoni tal-bini u fil-bidu biex isir l-avvjament operattiv ta' dawn il-binjiet.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

71315200

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 75 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-proċeduri tal-ħruġ ta' fatturi huma kif ġej:
— il-fatturi huma maħruġa skont is-servizzi pprovduti b'mod effettiv, billi jiġi speċifikat il-volum tagħhom u kkalkulat bl-użu tal-lista tal-prezzijiet kif imfassal mill-kuntrattur fl-offerta tiegħu.
Kull talba għall-ħlas għandha tikkwota n-numru tal-kuntratt: 06D10/2015/FWK/M045, u għandha tkun akkumpanjata mill-fatturi li jikkorrispondu.
Il-kuntrattur għandu jibgħat kull talba għall-ħlas jew nota ta' kreditu dwar it-twettiq ta' dan il-kuntratt fl-indirizz li ġej:
Il-Parlament Ewropew, is-Servizz tal-Posta (ir-reġistrazzjoni tal-fatturi), il-Bini Konrad Adenauer, l-Uffiċċju 00E006B, plateau de Kirchberg, 2929 Luxembourg, IL-LUSSEMBURGU.
Il-kuntrattur għandu jibgħat it-talbiet għall-ħlas jew in-noti ta' krediti lill-Parlament Ewropew bl-użu ta' envelops jew pakketti, jew mezzi ekwivalenti, li jindikaw b'mod ċar u jkunu mmarkati 'Demande de paiement' (talba għall-ħlas) jew Note de crédit'(nota ta' kreditu).
Is-somom dovuti għat-twettiq tal-kuntratt jitħallsu fi żmien 60 jum kalendarji mit-talba għall-ħlas li tkun irreġistrata mill-kontijiet ċentrali fil-Lussemburgu. Il-ħlasijiet jitqiesu li jkunu saru fil-jum li fih ikun iddebitat il-kont tal-Parlament Ewropew. Il-perijodu tal-ħlas jista' jiġi sospiż mill-Parlament Ewropew f'kull ħin wara l-wasla tat-talba għall-ħlas, billi l-kuntrattur jiġi nnotifikat li t-talba tiegħu ma tistax tintlaqa', sabiex jiġi vverifkat li l-ammonti huma tajbin u li jridu jitħallsu, jew sabiex jintalbu dokumenti li jsostnu li l-kuntrattur jista' jipprovdi mingħajr ma titwarrab it-talba għall-ħlas.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jekk il-membri tagħhom huma responsabbli b'mod konġunt jew individwali. Dan jista' jinkludi entità li jkollha bixra legali u anki jekk le: assoċjazzjoni temporanja, ftehim privat jew kull għamla xierqa oħra ta' kooperazzjoni. Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jitlob li l-grupp li jirbaħ il-kuntratt jieħu bixra legali speċifika jekk din tkun meħtieġa biex il-kuntratt jitwettaq b'mod xieraq.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: fil-proċedura tal-istedina għall-offerti jistgħu jieħdu sehem indaqs il-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt l-għan tat-trattati — l-aktar il-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi li ġejjin minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea — u l-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-korpi pubbliċi ta' pajjiżi li mhumiex membri u li daħlu fi ftehim speċjali mal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ksib pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet imfissra f'dan il-ftehim.
Il-Parlament Ewropew jirrikjedi li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom awtorizzazzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iwettqu l-attivitajiet involuti fil-kuntratt skont il-liġi nazzjonali.
B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:
— id-dħul fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: id-dokumenti li minnhom il-Parlament Ewropew jista' jevalwa l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dawk li jitfgħu l-offerti huma:
— karta ta' tagħrif finanzjarju, inkluż fid-direttorju 4.2 ta' 'doc.zip', li jkopri l-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet,
— kopja tar-rendikonti finanzjarji kompluti (il-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, tabella dwar il-likwidità tal-kontanti u l-annessi) ippubblikati fir-rapport annwali u li kienu vverifikati jew, jekk dawn m'humiex obbligatorji, għandhom ikunu ċċertifikati li huma eżatti u ġenwini minn rappreżentant ta' dak li qiegħed jitfa' l-offerta, għal mill-inqas dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: il-ħila ekonomika u finanzjarja se tkun ivvalutata skont il-kriterji li ġejjin:
— id-dħul minimu annwali ta' EUR 2 000 000, minbarra t-taxxi, li twettaq fil-qasam kopert mill-kuntratt li se jingħata, matul l-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet, jew, fil-każ ta' gruppi ekonomiċi, dħul medju totali annwali ta' EUR 2 000 000, minbarra t-taxxi, li twettaq fil-qasam kopert mill-kuntratt li se jingħata, matul l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet,
— il-vijabilità ekonomika u finanzjarja matul it-twettiq tal-kuntratt, billi jitqiesu b'mod partikolari l-bilanċ finanzjarju, il-likwidità (il-solvenza), id-dejn u l-qligħ tal-kumpanija.
Il-vijabilità ekonomika u finanzjarja se tkun ivvalutata fuq il-bażi tal-punteġġ 'Conan and Holder'.
Biex jintgħażlu, dawk li jitfgħu l-offerti jridu jiksbu punteġġ ta' iktar minn 10 matul dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Jekk dawk li jitfgħu l-offerti jiksbu punteġġ ta' inqas minn 4 matul l-aħħar sena finanzjarja, mhux se jintgħażlu u l-offerta tagħhom se titwarrab b'mod awtomatiku.
Dawk li jitfgħu l-offerti li għandhom punteġġ bejn 4 u 10 matul l-aħħar sena finanzjarja li għalihom ingħalqu l-kontijiet, u/jew dawk li għandhom punteġġ ta' 10 jew inqas matul is-sena finanzjarja ta' qabel tal-aħħar li għalihom ingħalqu l-kontijiet, se jkunu magħżula biss jekk:
— il-qligħ gross mill-operat tagħhom kien pożittiv matul dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji, u
— il-kapital tagħhom f'ishma kien pożittiv fit-tmiem ta' dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji.
Minkejja l-kriterji mniżżla hawn fuq, il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jivvaluta l-ħila effettiva ta' dawk li jitfgħu l-offerti biex jimmaniġġja t-twettiq tal-kuntratt, billi titqies in-natura, l-iskala u r-riskji rrelatati magħhom u, għal dak il-għan, biex jitlob kwalunkwe prova meqjusa neċessarja biex tiġi evalwata l-ħila effettiva u, fejn xieraq, biex ma jintgħażilx dak li jitfa' l-offerti permezz ta' deċiżjoni raġunata, mingħajr ma' dak tal-aħħar ikun intitolat għal kwalunkwe kumpens finanzjarju.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
id-dokumenti li minnhom il-Parlament Ewropew jista' jevalwa l-ħila teknika u professjonali ta' dawk li jitfgħu l-offerti huma:
* is-sottomissjoni ta' lista ta' xogħlijiet simili li twettqu matul dawn l-aħħar 5 snin jew li qed jitwettqu bħalissa.
Din il-lista għandha tkun akkumpanjata, għal xogħlijiet li tlestew, b'ċertifikati ta' twettiq sodisfaċenti maħruġa mill-klijent u li jikkonfermaw li dawn ix-xogħlijiet tlestew b'mod xieraq għal standard professjonali tajjeb.
Għal proġetti li għadhom għaddejjin, il-lista għandha tkun akkumpanjata b'ittra ta' apprezzament tal-kwalità ta' servizzi pprovduti maħruġa minn dak li jirċievi x-xogħlijiet u li jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet twettqu b'mod xieraq għal standard professjonali tajjeb.
Il-lista se tispeċifika:
— il-valur tal-proġett ('il fuq mill-art u bl-esklużjoni tal-art),
— il-valur tax-xogħlijiet li attwalment twettqu minn dak li qed jitfa' l-offerti,
— l-erja tal-wiċċ gross 'il fuq mill-art,
— il-perijodu tat-twettiq (il-bidu u t-tmiem),
— il-post fejn twettqu,
— is-sitwazzjoni tal-kumpanija li qed tissottometti l-mezzi ta' prova (ir-rappreżentant ewlieni tal-grupp, kumpanija singola jew membru ta' grupp),
— ix-xogħol preċiż li twettaq minn dak li qed jitfa' l-offerti fuq dawn ix-xogħlijiet,
— id-dħul kollu tal-miżati rċevuti,
— it-tim responsabbli għall-proġett,
— in-natura tal-klijent,
— l-isem u d-dettalji ta' dak li qed jiffirma ċ-ċertifikat li jista' jipprovdi lill-Parlament Ewropew bit-tagħrif dwar l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.
* preżentazzjoni ddettaljata tat-tim li min qed jitfa' l-offerti se jħaddem għall-proġett li tinkludi:
— preżentazzjoni tal-maniġer, il-viċi maniġer u, fejn xieraq, membri oħra tat-tim skedati biex jipprovdu s-servizz, billi jingħataw id-dettalji tat-taħriġ, l-esperjenza u l-ħiliet speċifiċi,
— għall-maniġer u l-viċi maniġer tat-tim imħaddem, lista ta' proġetti ta' referenza li jilħqu l-kriterji msemmija qabel, billi jingħataw l-ismijiet ta' 2 persuni ta' referenza fost il-klijenti, li l-Parlament Ewropew jista' jikkuntattja fejn xieraq.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
il-Parlament Ewropew jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti għandhom il-ħiliet tekniċi u professjonali li ġejjin:
— l-esperjenza minima fil-provvista ta' servizzi simili (il-monitoraġġ ta' xogħlijiet biex jinbena u jiġi modernizzat il-bini u l-għajnuna fl-aċċettazzjoni) lil dawk meħtieġa għal dan il-kuntratt ta' mill-inqas l-aħħar 5 snin,
— esperjenza ppruvata fil-kuntest tal-bini fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, inkluż il-leġislazzjoni rilevanti — mill-inqas 3 proġetti simili (il-monitoraġġ tax-xogħlijiet biex issir kostruzzjoni u jiġi modernizzat il-bini u għajnuna bl-aċċettazzjoni) li twettqu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

— twettiq ta' mill-inqas xogħol simili (il-monitoraġġ tax-xogħlijiet biex jinbena u jiġi modernizzat il-bini u għajnuna bl-aċċettazzjoni) matul l-aħħar 5 snin, għal proġett biex jinbnew binjiet amministrattivi jew binjiet ta' uffiċċji rrelatati mal-għoti ta' servizz, b'erja tal-wiċċ gross 'il fuq mill-art ta' mill-inqas 100 000 m2,

— il-mexxej tat-tim imħaddem għall-proġett għandu:
1. jkun jaf jitkellem b'mod suffiċneti bil-Franċiż biex iwettaq ix-xogħlijiet mogħtija lilu; dan jista' jiġi muri permezz tal-mezzi xierqa (ċertifikati tal-lingwa jew ċerifikati li juru t-tlestija b'suċċess ta' test ta' livell B2 jew ekwivalenti, dikjarazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, eċċ), jekk mhux ċittadin Belġjan, Franċiż jew tal-Lussemburgu;

2. immonitorja, bħala l-konsulent tekniku tal-klijent, mill-inqas proġett 1 biex jinbnew binijiet ta' uffiċċji amministrattivi jew irrelatati mal-għoti ta' servizzi b'erja tal-wiċċ ta' mill-inqas 100 000 m2 matul il-5 snin li għaddew;

3. għandu 15-il sena esperjenza professjonali f'pożizzjoni ta' konsulent tekniku ta' klijenti,
— id-deputat mexxej tat-tim li jingħata inkarigu għall-proġett għandu:
1. ikun jaf jitkellem b'mod suffiċjenti bil-Franċiż biex iwettaq ix-xogħlijiet mogħtija lilu; dan jista' jiġi muri permezz ta' kull mezz xieraq (ċertifikati tal-lingwa jew ċerifikati li juru t-tlestija b'suċċess ta' test ta' livell B2 jew ekwivalenti, dikjarazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, eċċ), jekk mhux ċittadin Belġjan, Franċiż jew tal-Lussemburgu;

2. immonitorja, bħala l-konsulent tekniku tal-klijent, mill-inqas proġett 1 biex jinbnew binijiet ta' uffiċċji amministrattivi jew irrelatati mal-għoti ta' servizzi b'erja tal-wiċċ ta' mill-inqas 50 000 m2 matul il-5 snin li għaddew;

3. għandu 10 snin esperjenza professjonali f'pożizzjoni ta' konsulent tekniku ta' klijenti.
Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu joqogħdu fuq il-ħiliet tekniċi u professjonali ta' entitajiet oħra, hi x'inhi n-natura legali tar-rabtiet li huma għandhom magħhom. F'dan il-każ, iridu jagħtu prova lill-Parlament Ewropew li se jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kuntratt billi, ngħidu aħna, jippreżentaw impenn bil-miktub mill-korpi msemmija li lesti jipprovdu dawn ir-riżorsi, b'deskrizzjoni ċara tal-proċeduri involuti biex jagħmlu l-imsemmija riżorsi disponibbli. F'dan il-każ, il-Parlament Ewropew huwa intitolat li jwarrab offerta mitfugħa jekk għandu xi dubji fuq l-impenn tat-terza parti jew il-ħiliet tekniċi u professjonali tagħha. Fejn applikabbli, dan ta' qabel jista' jitlob (bħala kundizzjoni għall-għoti tal-kuntratt) li dak li jitfa' l-offerti u dawn l-entitajiet l-oħrajn ikunu responsabbli flimkien u individwalment għat-twettiq tal-kuntratt.
Fil-każ ta' grupp ta' operaturi ekonomiċi, u matul l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla,
— il-perijodi ta' esperjenza professjonali tal-membri tal-grupp ta' operaturi ekonomiċi jistgħu ma jkunux flimkien biex jilqħu l-livell meħtieġ (mill-inqas 5 snin), iżda dan il-kriterju jitqies li jkun twettaq malli 1 mill-membri tal-grupp ikollu t-tul tal-esperjenza professjonali meħtieġa,

— dak li jitfa' l-offerti għandu juri li mill-inqas 1 mill-membri tiegħu ipprovda, waħdu, servizzi simili fuq proġett 1 jew aktar fejn in-numru ta' metri kwadri jikkorrispondi man-numru minimu ta' metri kwadri meħtieġa hawn fuq (100 000 m2).

III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti

L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija hawn taħt

1. Il-prezz. Ippeżar 35

2. L-organizzazzjoni u t-tħaddim tat-tim. Ippeżar 25

3. Il-metodoloġija tax-xogħol. Ippeżar 25

4. Kemm huma xierqa l-prezz/il-kwalità matul it-terminu tal-kuntratt. Ippeżar 10

5. Il-kwalità u s-siwi tas-softwer u l-għodod tat-TI proposti għall-kuntratt. Ippeżar 5

IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
06D10/2015/M045.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
29.1.2016
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 5.2.2016

Post:

Lussemburgu

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva

Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: jistgħu jattendu sa rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta. Biex tħejji aċċess għad-dħul, jekk jogħġbok ibgħat Email (inlo.ao-lux@ep.europa.eu) bl-isem tal-kumpanija tiegħek u l-isem, il-pożizzjoni, in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid tar-rappreżentant tiegħek, jumejn (2) tax-xogħol qabel il-ftuħ. Ir-rappreżentant tiegħek irid ikollu fuqu għamla ta' identifikazzjoni valida.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Il-kriterji tal-għoti u l-proċeduri ddettaljati jistgħu jinsabu fil-klawsoli amministrattivi.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Belt: Lussemburgu
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Belt: Strasburgu
Pajjiż: Franza

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: id-dati tal-għeluq tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Belt: Lussemburgu
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
26.11.2015