Fornituri - 557364-2018

19/12/2018    S244

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Provvista ta' mwejjed tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/S 244-557364

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: Service du courrier officiel
Belt: Luxembourg
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Mme Eva Anglessy
Posta elettronika: DBS-Achats-Logistique@curia.europa.eu
Faks: +352 43032650
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://curia.europa.eu
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4265
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Provvista ta' mwejjed tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Numru ta' referenza: COJ-PROC-18/028
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
39153000 Għamara tal-kmamar tal-konferenzi
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Provvisti
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Provvista u installazzjoni ta' mwejjed tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali.

II.1.5)Stima tal-valur totali
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu (Plateau de Kirchberg)

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

L-għan ta' din is-sejħa huwa l-kisba tal-provvisti li ġejjin:

— 2 imwejjed tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali u skrins b'displej integrati għal 30 persuna,

— mejda 1 tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali u skrins b'displej integrati għal 20 persuna,

— mejda 1 tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali, skrins b'displej integrati u funzjonijiet ta' preżentazzjoni u konferenzi bil-vidjo għal 20 persuna.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 3
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Ara l-ispeċifikazzjonijiet.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Dak li jitfa' l-offerta għandu jkollu riżorsi u mezzi finanzjarji meħtieġa biex tiġi garantita prestazzjoni kontinwa u sodisfaċenti matul iż-żmien tal-kuntratt kollu.

Għaldaqstant, huwa għandu jissodisfa l-livell minimu li ġej:

− ikun kiseb dħul annwali globali ta' mill-inqas 360 000 EUR matul l-aħħar 3 snin finanzjarji.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Dak li jitfa' l-offerta jrid ikollu l-ħila teknika u professjonali meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt.

B'mod partikolari, irid ikollu esperjenza fil-qasam li ġej:

− provvista u installazzjoni ta' mwejjed tal-konferenzi b'konnessjoni multimedjali.

Għaldaqstant, huwa għandu jissodisfa l-livell minimu li ġej:

− ikun wettaq mill-inqas 5 kunsinni ta' provvisti simili bħal dawn stipulati minn dan il-kuntratt, ta' ammont akbar minn 60 000 EUR matul l-aħħar 3 snin.

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 01/02/2019
Ħin lokali: 17:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 08/02/2019
Ħin lokali: 11:00
Post:

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu (Plateau de Kirchberg)

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Persuna 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
12/12/2018