L-għanijiet tal-istudju huma li:
− Jiddeskrivu s-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali fl-Istati Membri tal-UE u f'pajjiżi Ewropej oħra magħżula, u jipprovdi sommarju komparattiv tal-karatteristiċi u s-sitwazzjonijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali fl-Ewropa,
− Jiddeskrivu r-reġimi regolatorji tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali fl-Istati Membri tal-UE, b'mod partikolari l-livell ta' ftuħ u aċċess għall-partijiet terzi, u l-mekkaniżmi u r-regolamenti tal-ipprezzar,
− Jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-metodi ta' kejl u l-approċċi tal-provvista tal-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali,
− Jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tal-aċċess għan-netwerks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali,
− Jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-użu ta' kull xorta ta' sors tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali,
− Jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-użu tas-sħana u tal-kesħa mitlufa u kif dawn is-sorsi huma meqjusa fil-provvista tal-enerġija distrettwali,
− Jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-aspetti tar-regolamentazzjoni tal-bini u dik urbana relatati mal-provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali,
− Jippreżentaw ix-xogħol, l-affarijiet li jridu jingħataw u r-riżultati fil-laqgħat mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri, inkluż f'fora ta' kooperazzjoni tal-enerġija rinnovabbli reġjonali.