Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Ibbrawżja skont is-suġġett
Fittex l-avviżi
Tista’ tagħżel bejn 3 tipi ta’ tfittxijiet biex tfittex l-avviżi:
- Tfittxija rapida
- Tfittxija avvanzata
- Tfittxija esperta.
L-ambitu tat-tfittxija
Hemm firxa ta’ 3 tfittxijiet possibbli, skont l-ambitu li trid:
- L-aħħar ħarġa tal-ĠU S — avviżi ppubblikati fil-ħarġa attwali tal-ĠU S.
- Avviżi attivi — tirrestrinġi t-tfittxija għall-aktar avviżi reċenti. Dan normalment ifisser għall-avviżi ta’ ‘Ippjanar’, dawk mibgħuta għall-pubblikazzjoni matul l-aħħar 364 jum; għal avviżi ta’ ‘Kompetizzjoni’, se jiġu mfittxija avviżi li l-iskadenza tagħhom ma tkunx għaddiet; u għal avviżi ta’ ‘Riżultat’, il-firxa tirrigwarda avviżi mibgħuta għall-pubblikazzjoni fl-aħħar 99 jum..
- L-avviżi kollha — tfittex l-avviżi kollha matul l-aħħar 10 snin (data disponibbli mill-1/1/2014)
L-għażla “tinkludi biss l-aħħar ver’jonijiet” tiffiltra verżjonijiet antiki ta’ avviż u tintwera biss l-aħħar verżjoni tal-avviż fir-riżultati tat-tiftix. Dan ifisser li jekk jiġu ppubblikati avviżi ta’ tibdil, jintwera l-aħħar avviż ta’ bidla. Il-verżjonijiet il-qodma tal-avviż bin-numri tal-pubblikazzjoni tagħhom stess għadhom fuq it-TED iżda mhux se jintwerew fir-riżultati tat-tiftix jekk din l-għażla tiġi mmarkata.
Tfittxija rapida
Permezz tat-“Tfittxija rapida”, l-utenti reġistrati u dawk mistiedna jistgħu jfittxu l-avviżi, imma:
- għall- utenti mistiedna, l-ambitu awtomatiku huwa dak tal-“Avviżi attivi”
- għall- utenti reġistrati, l-ambitu awtomatiku huwa dak magħżul fil-preferenzi tagħhom.
L-għażla rapida tippermettilek li tagħmel tfittxija tat-test sħiħ billi tispeċifika l-kelma ewlenija li tixtieq tfittex.
It-tfittxija ssir fit-test sħiħ ta’ kull avviż u fit-tikketti kollha tal-valuri tal-kodiċijiet, bħal mhu se jintwera fl-avviżi u fil-lingwi kollha.
Barra minn hekk, tista’ tuża:
- Wildcards:
- virgoletti doppji (“ “) biex tfittex frażi eżatta
- Eżempju: “Agrikultura u Ikel” se ssiblek biss il-frażi Agrikultura u Ikel
- u asterisk (*) biex tissostitwixxi kwalunkwe numru ta’ karattri
- Eżempju: b’“trasport*”, se ssib transportation, transporting, eċċ.
- punt interrogattiv (?) minflok karattru wieħed fit-terminu li qed tfittex biex issib varjazzjonijiet tiegħu
- Eżempju: b’“ca?e”, se ssib case, cane, care eċċ.
- virgoletti doppji (“ “) biex tfittex frażi eżatta
- Numru tal-pubblikazzjoni tal-avviż:
- Tista’ tfittex avviż wieħed
- Eżempju: in-numru "665741-2023", se jsiblek avviż speċifiku
- Tista’ tfittex diversi avviżi
- Eżempju: in-numri “665741-2023 665740-2023”, se jsibu ż-żewġ avviżi.
- Tista’ tfittex avviż wieħed
Tfittxija avvanzata
F’din il-paġna tista’ tibda billi tagħżel l-ambitu tat-tfittxija tiegħek. Imbagħad tista’ tapplika kriterju wieħed jew aktar minn diversi gruppi ta’ kriterji biex tfittex l-avviżi. Għall-gruppi kollha tal-kriterji, hemm tooltip (mouseover) li jipprovdi deskrizzjoni.
Il-gruppi ta’ kriterji huma dawn li ġejjin:
- Test
- Dan għandu l-istess funzjonalità bħal “Tfittxija rapida”. Dan jippermettilek tagħmel tfittxija tat-test sħiħ billi tispeċifika l-kelma ewlenija li tixtieq tfittex.
- Opportunitajiet tan-negozju
- Ippjanar — fittex:
- “Avviż tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel jew avviż ta’ tagħmir perjodiku dwar profil ta’ xerrej”;
- “Avviż ta’ tagħrif minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biss għat-tagħrif”;
- “Avviż ta’ tagħrif minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biex jitqassru l-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-offerti”;
- “Avviż ta’ tagħrif minn qabel għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri”.
- Kompetizzjoni — fittex:
- Avviż dwar kuntratt — reġim issimplifikat;
- Avviż dwar kuntratt jew ta’ konċessjoni — reġim standard;
- Avviż ta’ konkors tad-disinn;
- Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika;
- Avviż ta’ tagħrif minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biss għat-tagħrif — reġim issimplifikat;
- Avviż ta’ tagħrif minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biss għat-tagħrif — reġim standard;
- Avviż ta’ sottokuntrattar.
- Riżultat — fittex:
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jew ta’ konċessjoni — reġim standard;
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jew ta’ konċessjoni — reġim issimplifikat;
- Avviż dwar ir-riżultat ta’ konkors tad-disinn;
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri.
- Aktar opzjonijiet — agħżel it-tip ta’ dokument minn lista ddettaljata.
- Ippjanar — fittex:
- Suġġett tal-kuntratt
- Vokabularju komuni tal-akkwist (CPV) — fittex skont il-grupp tal-prodott u l-klassifikazzjoni tiegħu, bl-użu tal-kodiċi tas-CPV, eż., prodotti kimiċi (kodiċi tas-CPV 24000000), gassijiet (kodiċi tas-CPV 24100000). Uża t-tooltip għal aktar informazzjoni fuq il-kodiċijiet tas-CPV.
- Natura tal-kuntratt — fittex skont it-tip ta’ kuntratt, eż., xogħlijiet jew provvista.
- Il-post tat-twettiq — fittex billi tuża l-post ewlieni tax-xogħlijiet, tal-kunsinna jew tat-twettiq.
- Valur totali tal-akkwist — fittex skont l-ammonti indikati fl-oqsma “Valur totali tal-akkwist stmat”, għal sejħiet għall-offerti, u “Valur totali tal-akkwist”, għal għotjiet ta’ kuntratti, (minimu u/jew massimu) kif ukoll għall-munita speċifika tal-offerta.
- Proċedura
- Tip ta’ proċedura — fittex skont it-tip ta’ proċedura użata għal sejħa għall-offerti, eż. proċedura miftuħa u nnegozjata.
- Il-lingwi li bihom jistgħu jiġu sottomessi l-offerti — fittex avviżi li fihom l-offerent potenzjali huwa permess jissottometti talba biex wieħed jieħu sehem b’lingwa speċifika (jew lingwi)
- Data
- Data tal-pubblikazzjoni — id-data ta’ meta ġie ppubblikat l-avviż.
- Data tal-għeluq għat-tfigħ — id-data tal-għeluq sa meta għandhom jiġu sottomessi l-offerti jew l-applikazzjonijiet.
- Id-data ta’ għeluq għat-talbiet tad-dokumenti — id-data ta’ għeluq sa meta d-dokumenti tal-offerta jistgħu jintalbu mill-offerent potenzjali.
- Ippibblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali
- Numru tal-ħarġa tal-ĠU S — avviżi ppubblikati f’edizzjoni partikolari tal-ĠU S.
- Numru tal-pubblikazzjoni tal-avviż — eż., 255076-2016, 2016/S 107-255076.
- Xerrej
- Isem uffiċjali — isem tax-xerrej.
- Numru tar- reġistrazzjoni nazzjonali — eż., ULG BE 0325 777 171.
- Pajjiż — fejn hu bbażat ix-xerrej.
- Belt — fejn hu bbażat ix-xerrej.
- Tip ta’ xerrej — eż., awtorità reġjonali, istituzzjoni, korp jew aġenzija Ewropea, organizzazzjoni internazzjonali.
- Attività prinċipali — l-attività prinċipali koperta mill-kuntratt, eż., l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-ħtiġijiet tal-komunità.
- Finanzjament — fittex skont il-finanzjament, eż., programmi ta’ għajnuna esterna.
- Bażi legali — id-direttiva(i) jew ir-regolament(i) tal-UE dwar l-akkwist pubbliku li taħthom inħareġ l-avviż.
Azzjonijiet addizzjonali
- Azzjonijiet — Illowdja t-tfittxija ssejvjata
Bħala utent reġistrat, tista’ tillowdja tfittxija ssejvjata.
- Azzjonijiet — issejvja l-kriterji tat-tfittxija
Bħala utent reġistrat, tista’ issejvja l-kriterji tat-tfittxija.
- Azzjonijiet — ipprintja l-kriterji tat-tfittxija
Bħala utent, tista’ tipprintja l-paġna inkluż l-kriterji tat-tfittxija li tkun speċifikajt.
- Aqleb għat-tfittxija esperta
Bħala utent, tista’ taqleb it-tfittxija avvanzata tiegħek għal dik esperta.
Tfittxija esperta.
Tista’ tibda billi tagħżel l-ambitu tat-tfittxija tiegħek.
Tista’ tibda tittajpja t-tfittxija tiegħek fil-kaxxa tal-input tat-taqsima “Esperta”.
L-operaturi Boolean jistgħu jiġu ttajpjati direttament fil-kaxxa tal-input, jew inkella tista’ tuża l-buttuni tal-operatur fuq in-naħa tal-lemin biex iżżidhom faċilment mat-talba tiegħek.
L-oqsma tat-tfittxija jistgħu jiġu ttajpjati direttament fil-kaxxa tal-input. Waqt li qed tittajpja, is-sistema se tissuġġerixxi oqsma tat-tfittxija li jaqblu mal-input diġà pprovdut. Il-funzjonalità tal-awtokompletezza tista’ tintuża fost is-suġġerimenti disponibbli. Jew inkella, tista’ tfittex valuri tal-kodiċijiet mit-taqsima “Qasam tat-tfittxija” li tinsab taħt il-kaxxa tal-input. F’din it-taqsima, tista’ tagħżel qasam tat-tfittxija u żżid il-valuri magħżula korrispondenti direttament fit-tfittxija tiegħek.
Tista’ tara l-valuri aċċettati bħala kodiċi jew bħala test billi tagħżel il-buttuna tar-radju speċifika li tinsab fuq il-kaxxa tat-tfittxija.
- Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe ħin, tista’ tivvalida t-tfittxija esperta, billi tagħżel il-buttuna “Iċċekkja s-sintassi”.
Trid tikkunsidra r-regoli tas-sintassi li ġejjin:
Tista’ tuża lingwaġġ standardizzat (lingwaġġ ta’ kmand komuni) biex tagħmel it-tfittxija tiegħek:
- wildcard (*) jew karattru wieħed (?) jista’ jintuża għal terminu ta’ tfittxija.
- l-użu (jew le) ta’ virgoletti doppji ma jaffettwax ir-riżultat tat-tfittxija ħlief meta jintużaw ma’ qasam tat-test fejn jagħmlu t-tfittxija għall-frażi eżatta biss. Pereżempju:
- it-tfittxija CY=FRA hija identika għat-tfittxija CY="FRA"
- it-tfittxija AU~Council hija identika għat-tfittxija AU~"Council", peress li hija kelma waħda
- IMMA t-tfittxija AU~Council of the hija invalida, filwaqt li t-tfittxija AU~"Council of the" hija valida u ssib avviżi fejn il-frażi “Council of the” teżisti fil-qasam tal-AU, jiġifieri, avviżi fejn l-awtorità li tagħti l-kuntratt hija l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
- Jekk tixtieq tfittex valuri multipli f’qasam, allura dawn iridu jitpoġġew f’parentesi u jridu jkunu marbuta permezz ta’ operaturi Boolean, jiġifieri, AU~(Council AND Union), CY=(FRA OR ITA).
- Inizjali jista’ jintuża biex tfittex perjodu ta’ żmien fit-tfittxija esperta (jiġifieri kuntratt-tul ta’ żmien-perjodu-lott=5d). L-inizjali li huma permessi huma “d” għal jum, “w” għal ġimgħa, “m” għal xahar u “y” għal sena, irrispettivament mil-lingwa tal-ibbrawżjar (jiġifieri “d” se tibqa’ dejjem “d” tkun liema tkun il-lingwa tal-ibbrawżjar). Il-perjodu awtomatiku tat-tul ta’ żmien huwa dak ta’ jum.
L-operaturi Booleans huma li ġejjin:
Operatur |
Funzjoni |
OR |
Isibu riżultati li jkun fihom mill-inqas wieħed mit-terminu tat-tfittxija tiegħek. |
AND |
Isibu riżultati li jkun fihom it-termini tat-tfittxija kollha tiegħek. |
NOT |
Jeskludu terminu tat-tfittxija mir-riżultati tiegħek |
> |
Iktar minn |
< |
Inqas minn |
>= |
Iktar minn jew daqs |
<= |
Inqas minn jew daqs |
~ |
Ikun fih; it-tfittxija ssir fit-test sħiħ ta’ kull avviż u fit-tikketti kollha tal-valuri tal-kodiċijiet, kif se jintwera fl-avviżi u fil-lingwi kollha |
!~ |
Ma jkunx fih; it-tfittxija ssir fit-test sħiħ ta’ kull avviż u fit-tikketti kollha tal-valuri tal-kodiċijiet, kif se jintwera fl-avviżi u fil-lingwi kollha |
= |
Daqs; jintuża għal valuri tal-kodiċijiet meta tfittex tqabbil eżatt tat-terminu u r-riżultat tat-tfittxija |
!= |
Mhux daqs; jintuża għal valuri tal-kodiċijiet meta tfittex li teskludi terminu tat-tfittxija mir-riżultati tat-tfittxija |
IN |
F’lista ta’ valuri |
NOT IN |
Mhux f’lista ta’ valuri |
SORT BY |
Issortja r-riżultati skont |
Eżempji:
Dak li qed tfittex |
Dak li se ddaħħal |
Tip ta’ avviż (eżempju, Avviż ta’ konkors tad-disinn jew Avviż ta’ modifikazzjoni ta’ kuntratt) |
(notice-type IN (cn-desg can-modif)) |
Frażi speċifika f’numru tal-pubblikazzjoni speċifika (eżempju, tfittxija għal “Lussemburgu” fin-numru tal-pubblikazzjoni 8-2022) |
(publication-number IN (8-2022)) AND (FT ~ (luxembourg)) |
Avviżi f’numru speċifiku tal-ħarġa tal-ĠU S b’valur tal-offerta minimu (eżempju, avviżi fil-ĠU S123/2022 b’valur tal-offerta minimu ta’ 1 000,000 dollaru Kanadiżi) |
(total-value = (1000000 <> 9999999999999)) AND (ojs-number=123/2022) AND (total-value-cur IN (CAD)) |
Avviżi f’post speċifiku tat-twettiq (eż., il-Greċja jew il-Belġju) |
(place-of-performance IN (GRC BEL)) |
Azzjonijiet addizzjonali
- Azzjonijiet — Illowdja t-tfittxija ssejvjata
Bħala utent reġistrat, tista’ tillowdja tfittxija ssejvjata.
- Azzjonijiet — issejvja l-kriterji tat-tfittxija
Bħala utent reġistrat, tista’ issejvja l-kriterji tat-tfittxija li speċifikajt fil-kaxxa “Tfittxija esperta”.
- Azzjonijiet — ipprintja l-kriterji tat-tfittxija
Bħala utent, tista’ tipprintja l-paġna li tinkludi l-kriterji tat-tfittxija li tkun speċifikajt fil-kaxxa “Tfittxija epserta”.
Ibbrawżja skont is-suġġett
Fi kwalunkwe ħin, waqt li qed tfittex fis-sit web tat-TED, permezz tat-taqsima “Tfittxija” tista’ tfittex għal avviżi billi tagħżel li tibbrawżja skont suġġett speċifiku:
- L-opportunità ta’ negozju
- Is-settur tan-negozju (CPV)
- Il-post tat-twettiq
Awtomatikament, “L-avviżi attivi” jidhru, imma tista’ tagħżel li tillimita n-numru ta’ avviżi li jidhru billi tagħżel L-aħħar ħarġa tal-ĠU S fl-intestatura “Ambitu tat-tfittxija”.
Ibbrawżja skont l-opportunità tan-negozju
Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati skont il-gruppi jew skont it-tipi speċifiċi tal-opportunitajiet tan-negozju. Tista’ tagħżel li tara avviżi speċifiċi billi tagħżel grupp ta’ opportunitajiet tan-negozju jew tip speċifiku.
Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex tip speċifiku ta’ opportunità tan-negozju. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.
Ibbrawżja skont is-settur tan-negozju (CPV)
Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati maqsumin skont is-settur tan-negozju. Dawn is-setturi tan-negozju huma kkategorizzati f’forma ta’ siġra, abbażi tal-“Vokabularju komuni tal-akkwist” (CPV).
Espandi s-siġra biex tfittex avviżi speċifiċi.
Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex settur tan-negozju jew kodiċi tas-CPV. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.
Ibbrawżja skont il-post tat-twettiq
Din l-għażla turi avviżi ppubblikati skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Tista’ tuża l-mappa fit-taqsima tax-xellug biex tibbrawżja bl-użu tan-nomenklatura NUTS (nomenklatura ta' unitajiet territorjali għall-istatistika), jew skont il-pajjiż. Id-dehra awtomatika għall-mappa hija l-pajjiżi, imma billi tuża l-menù fuq ix-xellug, tkun tista’:
- Tkabbar / Iċċekken
- Tara l-mappa fuq livell ieħor tan-NUTS (NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3)
- Tara fuq skrin sħiħ / Toħroġ mill-iskrin sħiħ
Il-kuluri differenti jidentifikaw in-numru ta’ avviżi fil-post speċifiku tat-twettiq.
Id-didaskalija tinsab isfel fuq in-naħa tax-xellug tal-mappa.
Minflok tuża l-mappa, tista’ tfittex billi tuża t-taqsima tax-xellug, li fiha tista’ tfittex billi:
- Tespandi post speċifiku tat-twettiq
- Tittajpja fil-Kaxxa tal-filtru biex tfittex post speċifiku tat-twettiq. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.
Kull darba li tagħżel il-buttuna tal-espansjoni għal post speċifiku tat-twettiq, il-mappa tirrispondi għall-għażla tiegħek. Billi tikklikkja fuq post speċifiku tat-twettiq se tiġi ridirett għall-paġna tar-riżultati tat-tfittxija, li fiha l-avviżi għal dak il-post tat-twettiq.