Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Fittex u Bbrawżja
Fittex l-avviżi
Tista’ tagħżel bejn it-tipi ta’ tfittxijiet li ġejjin:
- Tfittxija rapida
- Tfittxija avvanzata
- Tfittxija esperta
- Ibbrawżja skont is-suġġett (opportunità ta’ negozju, settur tan-negozju, post tat-twettiq)
Ambitu tat-tfittxija
Tista’ tagħżel bejn tliet firxiet tat-tfittxija:
- L-aħħar ħarġa tal-ĠU S – avviżi ppubblikati fl-aħħar ħarġa tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
- Avviżi attivi - tirrestrinġi t-tfittxija għall-aktar avviżi reċenti. Dan jinkludi:
- l-“avviżi ta’ ppjanar” – jiġifieri l-avviżi mibgħuta għall-pubblikazzjoni matul l-aħħar 364 jum,
- l-“avviżi ta’ kompetizzjoni” – jiġifieri l-avviżi li l-iskadenza tagħhom ma tkunx għaddiet,
- l-“avviżi ta’ riżultat” – jiġifieri l-avviżi mibgħutin għall-pubblikazzjoni matul l-aħħar 99 jum.
- L-avviżi kollha – fittex l-avviżi kollha ppubblikati matul l-aħħar għaxar snin mil-lum.
L-għażla “inkludi biss l-aħħar verżjonijiet” tiffiltra l-verżjonijiet l-antiki ta’ avviż u turi biss l-aħħar verżjoni tal-avviż fir-riżultati tat-tfittxija. Dan ifisser li jekk ikunu ġew ippubblikati avviżi ta’ bidla, jintwera l-aħħar avviż ta’ bidla. Il-verżjonijiet il-qodma tal-avviż bin-numri tal-pubblikazzjoni tagħhom stess għadhom fuq it-TED iżda mhux se jintwerew fir-riżultati tat-tfittxija jekk din l-għażla tiġi mmarkata.
Tfittxija rapida
It-tfittxija rapida hija funzjoni disponibbli għall-utenti kollha, kemm jekk ikunu utenti “mistiedna” kif ukoll jekk ikunu utenti rreġistrati. Jekk jogħġbok innota li:
- għall-utenti mistiedna, mingħajr kont ta’ TED, l-ambitu prestabbilit huwa “Avviżi attivi”;
- għall-utenti rreġistrati, l-ambitu prestabbilit huwa dak li jkunu għażlu fil-preferenzi tas-sit għall-utenti rreġistrati fuq TED.
Test sħiħ (FT)
Tfittxija rapida tippermettilek tagħmel tfittxija b’test sħiħ (FT, full text) billi tispeċifika l-kelma ewlenija li tixtieq tfittex.
It-tfittxija ssir:
- fl-oqsma kollha tat-test f’kull avviż,
- fit-tikketti kollha għall-valuri tal-kodiċijiet, kif jintwerew fl-avviżi,
- bil-lingwi kollha.
Frażi eżatta
Tista’ tuża l-virgoletti doppji: (“ ”) biex tfittex frażi eżatta.
- Eżempju: “Agrikoltura u Ikel” issib biss il-frażi Agrikoltura u Ikel
Wildcards
Tista’ tuża l-wildcards li ġejjin fit-tfittxija tiegħek:
- asterisk (*) biex tissostitwixxi kwalunkwe numru ta’ karattri
- Eżempju: “trasport*” se ssib trasportazzjoni, trasportar, eċċ.
- punt interrogattiv (?) flok karattru singlu biex issib varjazzjonijiet tal-kelma b’karattru differenti
- Eżempju: “sħa?a” issib sħaba, sħana, eċċ.
Innota li:
- Ma tistax tuża wildcard imqiegħda fuq quddiem (eż. *asport) meta l-ambitu tat-tfittxija tiegħek ikun “L-avviżi kollha”.
- Ma tistax tuża wildcards fi tfittxija għal frażi eżatta.
Numru tal-pubblikazzjoni tal-avviż
- Tista’ tfittex avviż uniku
- Eżempju: “665741-2023”, issib l-avviż speċifiku.
- Tista’ tfittex diversi avviżi
- Eżempju: “665741-2023 665740-2023”, issib iż-żewġ avviżi.
Tfittxija avvanzata
F’din il-paġna tista’ tfittex l-avviżi li japplikaw kriterju wieħed jew aktar mid-disa’ gruppi ta’ kriterji disponibbli.
Gruppi ta’ kriterji
Id-disa’ gruppi ta’ kriterji huma dawn li ġejjin:
- Test – dan għandu l-istess funzjonalità bħal Tfittxija rapida. Jippermettilek tagħmel tfittxija b’test sħiħ billi tispeċifika l-kelma ewlenija/kliem ewlenin li tixtieq tfittex.
- Opportunitajiet ta’ negozju:
- Ippjanar:
- Avviż tal-pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel jew ta’ avviż informattiv perjodiku dwar profil ta’ xerrej.
- Avviż informattiv minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biss għall-informazzjoni.
- Avviż informattiv minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat biex jitqassru l-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-offerti.
- Avviż ta’ informazzjoni minn qabel għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri.
- Kompetizzjoni:
- Avviż ta’ kuntratt – reġim ħafif.
- Avviż ta’ kuntratt jew ta’ konċessjoni – reġim standard.
- Avviż ta’ konkors tad-disinn.
- Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema tal-kwalifiki.
- Avviż informattiv minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat għal sejħa għall-kompetizzjoni – reġim ħafif.
- Avviż informattiv minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku użat għal sejħa għall-kompetizzjoni – reġim standard.
- Avviż ta’ sottokuntrattar.
- Riżultat:
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jew ta’ konċessjoni – reġim standard.
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jew ta’ konċessjoni – reġim ħafif.
- Avviż ta’ riżultat ta’ konkors tad-disinn.
- Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri.
- Aktar għażliet – agħżel it-tip ta’ avviż minn lista ddettaljata.
- Ippjanar:
- Suġġett tal-kuntratt:
- Vokabularju komuni tal-akkwist (CPV, Common procurement vocabulary) – fittex skont il-grupp tal-prodotti jew tas-servizzi u l-klassifikazzjoni tiegħu, bl-użu tal-kodiċi tas-CPV, eż. prodotti kimiċi (kodiċi tas-CPV 24000000), gassijiet (kodiċi tas-CPV 24100000). Tista’ taqra aktar fuq il-paġna ddedikata tat-TED għall-kodiċijiet tas-CPV.
- Natura tal-kuntratt – fittex skont it-tip ta’ kuntratt, eż. servizzi, provvisti jew xogħlijiet.
- Post tat-twettiq – fittex billi tuża l-post ewlieni tax-xogħlijiet, jew tal-kunsinna tal-provvisti, jew tat-twettiq tas-servizzi.
- Valur tal-akkwist – fittex skont l-ammonti indikati fl-avviżi fl-oqsma li fihom “Valur stmat” jew “Valur totali” (minimu u/jew massimu) u/jew skont munita speċifika.
- Proċedura:
- Tip ta’ proċedura – fittex skont it-tip ta’ proċedura użata għall-istedina għall-offerti, eż. proċedura miftuħa, innegozjata.
- Il-lingwi li bihom jistgħu jiġu sottomessi l-offerti – fittex avviżi li fihom l-offerenti potenzjali huma permessi jissottomettu talbiet għal parteċipazzjoni f’offerti b’lingwa speċifika (jew lingwi speċifiċi).
- Data:
- Data tal-pubblikazzjoni – agħżel bejn data speċifika jew intervall ta’ żmien.
- Skadenza għas-sottomissjoni – skadenza sa meta jistgħu jiġu sottomessi espressjonijiet ta’ interess, talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti.
- Skadenza għal informazzjoni addizzjonali – data finali għat-talba ta’ informazzjoni addizzjonali u/jew kjarifiki mill-offerenti potenzjali.
- Pubblikazzjoni fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali:
- Numru tal-ħarġa tal-ĠU S – avviżi ppubblikati f’edizzjoni partikolari tal-ĠU S.
- Numru tal-pubblikazzjoni tal-avviż – eż. 308789-2024, 2024/S 100-308789.
- Xerrej:
- Isem uffiċjali (qasam multilingwi b’test liberu) – isem ix-xerrej.
- Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali (qasam ta’ test liberu – MHUX multilingwi) – eż. DE 114 110 388 (Stadt Frankfurt am Main, il-Ġermanja).
- Pajjiż – fejn hu bbażat ix-xerrej.
- Belt/raħal (qasam multilingwi b’test liberu) – fejn hu bbażat ix-xerrej.
- Tip ta’ xerrej – eż. awtorità reġjonali, istituzzjoni, korp jew aġenzija Ewropea, organizzazzjoni internazzjonali.
- Attività prinċipali – l-attività prinċipali koperta mill-kuntratt, eż. l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet tal-komunità.
- Finanzjament: agħżel bejn il-programmi ta’ għajnuna esterna u l-promoturi mhux tal-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
- Bażi legali:
- Bażi legali – id-direttiva/i jew ir-regolament(i) tal-UE dwar l-akkwist pubbliku li taħthom inħareġ l-avviż.
- Bażi legali oħra (qasam multilingwi għal test liberu) – fittex bażijiet legali oħra li mhumiex imsemmija fil-qasam “Bażi legali”.
Nota: L-oqsma tat-test liberu li ġejjin huma multilingwi (ħlief għan-numru tar-Reġistrazzjoni) u għandhom l-istess funzjonalità bħat-Tifttxija Rapida:
- Isem uffiċjali tax-xerrej
- Numru tar-reġistrazzjoni tax-xerrej
- Belt/raħal tax-xerrej
- Bażi legali oħra
Azzjonijiet oħra
Fin-naħa ta’ fuq tal-paġna, ’il fuq mill-Ambitu tat-tfittxija, jistgħu jintgħażlu azzjonijiet oħra.
Kwalunkwe utent jista’ juża:
- Il-link Aqleb għall-modalità esperta – biex jikkonverti t-tfittxija avvanzata fi Tfittxija esperta
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jipprintja l-kriterji tat-tfittxija
L-utenti rreġistrati jistgħu jużaw żewġ funzjonalitajiet addizzjonali:
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jillowdjaw tfittxija ssejvjata
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jissejvjaw il-kriterji tat-tfittxija
Tfittxija esperta
Tfittxija esperta hija magħmula minn:
- espressjonijiet tal-qasam li jistgħu jiġu kkombinati ma’ operaturi Boolean (OR, AND, NOT) u parentesijiet. Espressjoni ta’ qasam hija magħmula minn:
- qasam tat-tfittxija (eż. numru tal-pubblikazzjoni)
- operatur ta’ terminu (eż. =)
- valuri tat-termini tat-tfittxija (eż. 1234–2024). Il-valuri tat-termini tat-tfittxija jintużaw biex issir tfittxija fil-parti tal-avviżi li fiha l-valuri tal-oqsma tat-tfittxija.
qasam tat-tfittxija operatur ta’ terminu valur tat-termini tat-tfittxija eż. publication-number = 1234-2024
Tista’ tuża lingwa ta’ tfittxija standardizzata (lingwaġġ ta’ kmand komuni) biex tagħmel it-Tfittxija esperta tiegħek. Tista’ tibda tittajpja t-tfittxija tiegħek fil-kaxxa tal-input tat-taqsima tat-Tfittxija esperta.
Tista’ tittajpja l-operaturi direttament fil-kaxxa tal-input, jew tuża l-buttuni fuq in-naħa tal-lemin biex iżżid l-operaturi faċilment mat-tfittxija tiegħek.
Tista’ tittajpja l-oqsma tat-tfittxija direttament fil-kaxxa tal-input. Waqt li tittajpja, is-sistema se tissuġġerixxi oqsma ta’ tfittxija li jaqblu mal-input li diġà pprovdejt. Imbagħad tista’ tuża l-funzjoni tal-awtokompletar biex tagħżel waħda minnhom.
Inkella, bl-użu tat-taqsima “Qasam ta’ tfittxija” li tinsab taħt il-kaxxa tal-input, tista’ tfittex u żżid il-valuri tal-oqsma direttament mat-tfittxija tiegħek.
Tista’ tara l-valuri aċċettati bħala kodiċi jew bħala test billi tagħżel il-buttuna speċifika tar-radju fuq il-kaxxa tat-tfittxija.
Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe ħin tista’ tiċċekkja li t-tfittxija tiegħek hija korretta billi tagħżel “Iċċekkja s-sintassi”.
Tista' tagħżel li r-riżultati tat-tfittxija tiegħek jiġu ssortjati skont l-oqsma tat-tfittxija f’ordni axxendenti (prestabbilita) u dixxendenti (DESC). Tista’ tagħmel dan biss għal oqsma tat-tfittxija li huma kliem ewlieni jew numeriċi.
Psewdonimu tal-qasam tat-tfittxija
Is-sit web tat-TED fih mijiet ta’ oqsma tat-tfittxija, kull wieħed bis-sett ta’ psewdonimi tiegħu stess. Dan ifisser li tista’ tirkupra l-istess informazzjoni billi tuża psewdonimi differenti għall-oqsma tat-tfittxija.
Pereżempju, jekk tixtieq issib avviżi ppubblikati fl-20 ta’ Novembru 2024, tista’ tuża kwalunkwe waħda mit-tfittxijiet elenkati hawn taħt biex tikseb l-istess riżultati:
- publication-date=20241120
- BT-05(a)-notice=20241120
- PD=20241120
Fl-eżempju ta’ hawn fuq, id-data tal-pubblikazzjoni tal-qasam tat-tfittxija għandha żewġ psewdonimi:
- BT-05(a)-notice: dan il-psewdonimu jikkorrispondi għall-metadata tal-qasam tal-Formoli elettroniċi
- Għal dettalji dwar il-metadata tal-qasam, ara fil-metadata tal-qasam: Dokumentazzjoni tal-Iżviluppatur tat-TED
- PD: dan il-psewdonimu huwa l-qasam tat-tfittxija li ntuża fil-verżjoni preċedenti tas-sit web tat-TED
Operaturi ta’ terminu
“Operatur ta’ terminu” huwa l-operatur bejn qasam tat-tfittxija u l-valuri tat-termini tat-tfittxija.
L-operaturi ta’ terminu użati l-aktar ta’ spiss huma:
- “=”
- “~”
- “IN”
- operaturi ta’ tqabbil “>”,”<”, “>=”, “<=”
Operatur “=”
L-operatur “=” iwettaq tfittxija bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija u l-valuri tal-oqsma tat-tfittxija.
Il-valuri tat-termini tat-tfittxija jistgħu jkunu kelma b’wildcard jew mingħajrha u frażi.
Jekk tixtieq tuża valuri tat-tfittxija multipli, trid tpoġġihom f’parentesijiet ma’ operaturi Boolean (OR, AND u NOT).
Eżempju:
- FT=agrikoltura
- FT=(agrikoltura OR ikel)
Is-sistema tfittex konkordanza eżatta bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija u l-valuri tal-qasam.
Għall-oqsma tat-test u l-oqsma multilingwi, il-valuri jiġu kkonvertiti bl-użu ta’ trażlitterazzjonijiet iżda ma jiġux imqassra.
Operatur “~”
L-operatur “~” se jwettaq tfittxija bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija u l-valuri tal-oqsma tat-tfittxija.
Il-valuri tat-termini tat-tfittxija jistgħu jkunu kelma b’wildcard jew mingħajrha u frażi.
Jekk tixtieq tuża valuri ta’ tfittxija multipli, trid tpoġġihom f’parentesi bla ebda operaturi Boolean.
L-operatur impliċitu u uniku huwa “AND”.
Eżempju:
- FT~agrikoltura
- FT~(ikel agrikolu) se tfittex għall-agrikoltura U l-ikel
- FT~(xarba “agrikoltura u ikel”) => se tfittex għall-frażi “agrikoltura u ikel” U xarba
Meta l-oqsma tat-tfittxija jkunu multilingwi (eż. FT), it-tfittxija titqassar, inkella r-riżultat ikun konkordanza eżatta, ekwivalenti għall-operatur “=”.
L-operatur “IN”
L-operatur “IN” iwettaq tfittxija f’lista ta’ valuri tat-termini tat-tfittxija. L-operatur impliċitu bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija huwa “OR”.
Pereżempju, “publication-number IN (262225-2019 123-2023)” jagħmel l-istess tfittxija bħal “publication-number = (262225-2019 OR 123-2023)”.
Meta l-oqsma tat-tfittxija jkunu multilingwi (eż. FT), il-valuri tat-termini tat-tfittxija jitqassru, inkella r-riżultati jkunu konkordanza eżatta.
Operaturi ta’ tqabbil
L-operaturi tat-tqabbil li tista’ tuża huma dawn li ġejjin:
- > Akbar minn
- < Inqas minn
- >= Akbar minn jew daqs
- <= Inqas minn jew daqs
Dawn jistgħu jintużaw biss fl-oqsma ta’ tiftix numeriċi li jinkludu d-data, in-numru tal-pubblikazzjoni u n-numru tal-ĠU S.
Tabella tal-operaturi
It-tabella li ġejja telenka l-operaturi kollha u l-funzjonijiet tagħhom.
Operatur | Funzjoni |
---|---|
OR | Isib ir-riżultati li fihom tal-inqas wieħed mill-valuri tat-termini tat-tfittxija tiegħek |
AND | Isib ir-riżultati li fihom il-valuri tat-termini tat-tfittxija tiegħek kollha |
NOT | Jeskludi valur ta’ terminu tat-tfittxija partikolari mir-riżultati tiegħek |
> | Akbar minn |
< | Inqas minn |
>= | Akbar minn jew daqs |
<= | Inqas minn jew daqs |
~ | Ifittex bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija u l-valuri tal-oqsma tat-tfittxija bl-użu ta’ “AND” bħala l-operatur impliċitu |
!~ | Jinnega “~” |
= | Ifittex bejn il-valuri tat-termini tat-tfittxija (li jistgħu jkunu kliem jew frażijiet b’wildcards jew mingħajrhom) u l-valuri tal-oqsma tat-tfittxija. F’każ li jkun hemm valuri tat-termini tat-tfittxija multipli, l-operaturi ta’ bejniethom huma obbligatorji. |
!= | Jinnega “=” |
IN | Ifittex f’lista ta’ valuri tat-termini tat-tfittxija. |
NOT IN | Jeskludi minn lista ta’ valuri tat-termini tat-tfittxija. |
SORT BY | Jissortja r-riżultat skont |
Valuri tat-termini tat-tfittxija
Ikkunsidra s-sintassi u n-noti speċifiċi li ġejjin għall-valuri tat-termini tat-tfittxija fi Tfittxija esperta:
Wildcards
- FT=(run*) tfittex kwalunkwe kelma li tibda b’“run”
- classification-cpv = 30* tfittex kwalunkwe kodiċi CPV li jibda b’“30”
- Tista’ tuża wildcards f’oqsma multilingwi, iżda meta tużahom mal-operatur “~” jew “IN”, it-tfittxija ssir fuq il-valuri tal-oqsma tat-tfittxija mqassra. Pereżempju, it-tfittxija għal runnin* mhi se tagħti l-ebda riżultat, peress li l-kelma “running” ġiet imqassra għal “run”.
Frażi eżatta
- FT~“Agrikoltura u Ikel” => tfittex biss il-frażi Agrikoltura u Ikel.
- L-użu ta’ virgoletti doppji għandu impatt fuq ir-riżultati tat-tfittxija meta jintużaw f’qasam tat-tfittxija testwali jew multilingwi fejn it-tfittxija titwettaq biss għal dik il-frażi eżatta. Pereżempju:
- it-tfittxija buyer-country = FRA hija identika għat-tfittxija buyer-country = “FRA”
- it-tfittxija buyer-name ~ Kunsill hija identika għat-tfittxija buyer-name ~ “Kunsill” (għax hija kelma waħda)
- iżda t-tfittxija buyer-name ~ Kunsill tal- mhijiex valida (minħabba li tinkludi aktar minn kelma waħda), filwaqt li t-tfittxija buyer-name ~ “Kunsill tal-” hija valida. Din tirritorna l-avviżi fejn il-frażi “Kunsill tal-” teżisti fil-qasam tal-isem tax-xerrej, eż. avviżi fejn l-isem tax-xerrej huwa l-“Kunsill tal-Unjoni Ewropea” jew “Il-Kunsill tal-Belt ta’ Wakefield”, eċċ.
- Ma tistax tuża wildcards fi tfittxija ta’ frażi.
Tqabbil
- Tista’ tuża l-operaturi tat-tqabbil ukoll bħala prefiss għall-valuri tat-termini tat-tfittxija.
- Dawn jistgħu jintużaw biss fl-oqsma ta’ tiftix numeriċi li jinkludu d-data, in-numru tal-pubblikazzjoni u n-numru tal-ĠU S.
- Eżempju: TV = (>= 1000)
Perjodu taż-żmien
- Tista’ tuża inizjali biex tfittex perjodu ta’ żmien (eż. contract-duration-period-lot=5d).
- L-inizjali permessi huma “d” għall-jum, “w” għall-ġimgħa, “m” għax-xahar u “y” għas-sena, irrispettivament mil-lingwa tal-ibbrawżjar (jiġifieri “d” tkun dejjem “d” tkun xi tkun il-lingwa tal-ibbrawżjar).
- Il-perjodu ta’ żmien prestabbilit huwa l-jum.
Akronimi
Hemm diversi modi kif wieħed jipproċedi meta jfittex kombinament ta’ diversi akronimi eż. “INFRABEL” jew “STIB” jew “SNCB” jew “SNCF” jew “RATP”:
- Ottimali: FT IN (INFRABEL STIB SNCB SNCF RATP)
- Mhux ottimali: FT = (INFRABEL OR STIB OR SNCB OR SNCF OR RATP)
- Mhux ottimali: (FT ~ (INFRABEL)) OR (FT ~ (STIB)) OR (FT ~ (SNCB)) OR (FT ~ (SNCF)) OR (FT ~ (RATP))
It-tqassir
It-tqassir huwa mod kif tiġi pproċessata l-lingwa billi l-kliem jitnaqqsu għaz-zokk jew il-bażi tagħhom. L-għan huwa li jinġabru flimkien forom inflessi differenti ta’ kelma sabiex ikunu jistgħu jiġu analizzati bħala ħaġa waħda. Dan il-proċess jgħin biex tittejjeb l-effiċjenza tal-kompiti tal-ipproċessar tat-test bħat-tfittxija u l-indiċjar.
Dawn huma xi eżempji ta’ tqassir:
Lingwa | Kelma inizjali 1 | Kelma inizjali 2 | Kelma inizjali 3 | Wara t-tqassir |
---|---|---|---|---|
Ingliż | running (ġiri) | runner (ġerrej) | ran (ġera) | run (ġera) |
Franċiż | manger (jiekol) | mangé (kiel) | mangeant (tiekol) | mang |
German | spielen (jilgħab) | gespielt (lagħab) | spielend (tilgħab) | spiel |
Spanish | cantar (kantar) | cantando (ikanta) | cantado (kanta) | cant |
Nota: it-tqassir huwa speċifiku għal-lingwa u applikabbli biss għal oqsma ta’ tfittxija multilingwi (eż. FT). Pereżempju:
- FT~(running) – FT huwa multilingwi, allura running se titqassar, jiġifieri tiqassar għaz-zokk “run”.
- buyer-name~(running) – buyer-name mhuwiex multilingwi, allura running mhux se titqassar.
Trażlitterazzjoni
It-trażlitterazzjoni hija l-proċess tal-konverżjoni tat-test minn kitba għal oħra, li jiffoka fuq il-preservazzjoni tal-ħsejjes oriġinali tal-kliem aktar milli t-tifsira tagħhom. Fit-tfittxijiet tat-TED, il-kitba fil-mira huwa l-alfabett Latin.
It-trażlitterazzjoni tgħin lill-utenti jlissnu kliem barrani b’mod korrett billi jużaw karattri familjari mill-alfabett jew mis-sistema ta’ kitba tagħhom stess.
Il-kliem diġà fil-kitba fil-mira ma jiġux trażlitterati; pereżempju, il-kelma bl-Ingliż “computer” tibqa’ “computer”, hekk kif il-kelma bil-Franċiż “ordinateur” tibqa’ “ordinateur”.
Dawn huma xi eżempji ta’ trażlitterazzjoni:
Lingwa | Il-kelma fil-lingwa oriġinali | Wara t-trażlitterazzjoni | Konverżjoni applikata |
---|---|---|---|
Franċiż | français (Franċiż) | francais | is-cedilla (ç) tiġi sostitwita b’“c” |
Franċiż | école (skola) | ecole | l-aċċent akut (é) jiġi sostitwit b’“e” |
Ġermaniż | Straße (Triq) | Strasse | l-S qawwija (ß) tiġi sostitwita b’“ss” |
Ġermaniż | München (Munich) | Muenchen | l-umlaut (ü) jiġi sostitwit b’“ue” |
Spanjol | mañana (għada) | manana | it-tilde (ñ) tiġi sostitwita b’“n” |
Spanjol | corazón (qalb) | corazon | l-aċċent akut (ó) jiġi sostitwit b’“o” |
L-aħjar prassi
Pariri | Ottimali | Mhux ottimali |
---|---|---|
Uża l-operatur “IN” biex tfittex disġunzjoni (OR) tal-valuri tal-kodiċijiet multipli. | notice-type IN (cn-desg veat) |
|
Uża l-operatur “NOT IN” biex teskludi mit-tfittxija tiegħek | notice-type NOT IN (cn-desg veat) |
|
Uża l-operatur “=” biex tfittex valuri tat-termini tat-tfittxija multipli jew biex tagħmel tfittxija Boolean kumplessa fl-istess qasam tat-tfittxija. | publication-number = (290516-2024 AND 390516-2024) | publication-number = (290516-2024) AND publication-number = (390516-2024) |
Uża l-operatur “~” biex tagħmel tfittxija b’test sħiħ bi kliem komuni, biex tibbenefika mit-tqassir. | FT ~ (ilma tal-agrikoltura) | FT = (agrikoltura* OR ilma*) |
Uża l-wildcard asterisk (*) biss għal kliem, kliem ewlieni jew identifikaturi mhux komuni (eż. Benzoylperoxid_TK, D10AF54). | FT = (Benzoylperoxid* AND D10A*) | |
Tużax kwotazzjonijiet doppji (“ ”) biex tfittex kelma waħda. | FT ~ agrikoltura | FT ~ “agrikoltura” |
Eżempji ta’ Tfittxijiet esperti (Nota: m’għandekx għalfejn tkun taf il-kodiċijiet tal-valuri tal-oqsma; is-sistema tikkonverti f’kodiċi, b’mod awtomatiku, l-isem tat-test tal-qasam tat-tfittxija li ddaħħal jew li tikklikkja fuqu mil-lista):
X’qed tfittex | X’għandek iddaħħal bħala Tfittxija esperta |
---|---|
L-avviżi kollha disponibbli fuq it-TED | ĠU = () |
Avviżi minn Suppliment speċifiku tal-Ġurnal Uffiċjali (ojs-number / OJ) |
Għażla 1: OJ = 123/2024 |
Avviż magħruf publication-number / ND |
Għażla 1: ND = 291298-2024 |
Avviżi b’dispatch-date / DS speċifika (jiġifieri d-data meta l-avviż ġie sottomess lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) |
Għażla 1: DS = 20240916 |
Avviżi ppubblikati bejn żewġ dati |
Għażla 1: PD = (20240101 <> 20240131) |
Buyer-identifier / BI (Numru tar-reġistrazzjoni) |
Għażla 1: buyer-identifier IN (CURIA PUBL) |
Avviżi li fihom aktar minn numru speċifikat ta’ lottijiet / NL | NL >= 10 |
Għażla ta’ tipi ta’ avviż (eż. avviż ta’ kompetizzjoni tad-disinn JEW avviż ta’ modifika ta’ kuntratt) | notice-type IN (cn-desg can-modif) |
Avviżi li jappartjenu għal ċertu grupp ta’ prodotti bl-użu tal-kodiċijiet mill-vokabularju komuni tal-akkwist (classification-cpv / PC) |
Tfittxija 1 (l-avviżi kollha mis-siġra tas-CPV 30 - Makkinarju, tagħmir u provvisti tal-uffiċċju u tal-computing għajr għamara u pakketti ta’ software): classification-cpv = 30* / classification-cpv = 30000000 |
Avviżi b’post ta’ prestazzjoni speċifikat (place-of-performance / RC) |
Tfittxija 1 (kodiċi NUTS għad-dipartiment Franċiż ta’ Bas-Rhin): RC = FRF11 |
Kelma ewlenija ta’ test sħiħ / FT f’tip speċifiku ta’ avviż (eż. tfittxija għal “Diesel” f’avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jew konċessjoni – reġim standard) | FT ~ Diesel AND notice-type = can-standard |
Avviżi b’valur minimu speċifikat tal-offerta f’munita speċifikata b’wieħed minn diversi CPV possibbli | total-value = (>=1000) AND total-value-cur = EUR AND classification-cpv IN (31642200 38000000 73410000) |
Avviżi li fihom qasam speċifiku (f’dan l-eżempju “legal-basis-proc”) | legal-basis-proc = * |
Avviżi li ma fihomx qasam speċifiku (f’dan l-eżempju “legal-basis-proc”) | legal-basis-proc != * |
Tipi speċifiċi ta’ avviżi ppubblikati f’data speċifika li għalihom intgħażel mill-inqas rebbieħ wieħed | notice-type IN (can-standard can-social can-desg can-tran) AND publication-date = 20240125 AND winner-selection-status IN (selec-w) |
Tipi speċifiċi ta’ avviżi ppubblikati f’data speċifika li għaliha l-istatus tar-rebbieħ ma jkunx ippubblikat | notice-type IN (can-standard can-social can-desg can-tran) AND publication-date = 20240125 AND winner-selection-status != * |
Sib avviż ta’ kompetizzjoni permezz tas-Sistema Dinamika ta’ Xiri (DPS, Dynamic Purchasing System) | dps-usage-lot IN (dps-nlist dps-list) AND notice-type IN (pin-cfc-standard pin-cfc-social qu-sy cn-standard cn-social subco cn-desg) |
Azzjonijiet oħra
Fin-naħa ta’ fuq tal-paġna, ’il fuq mill-Ambitu tat-tfittxija, jistgħu jintgħażlu azzjonijiet oħra.
Kwalunkwe utent jista’ juża:
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jipprintja l-kriterji tat-tfittxija
L-utenti rreġistrati jistgħu jużaw żewġ funzjonalitajiet addizzjonali:
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jillowdjaw tfittxija ssejvjata
- Il-buttuna Azzjonijiet – biex jissejvja l-kriterji tat-tfittxija speċifikati fil-kaxxa “Tfittxija esperta”
Ibbrawżja skont is-suġġett
Tista’ tfittex fit-TED għal avviżi billi tagħżel li tibbrawżja skont suġġett speċifiku fit-“Taqsima tat-tfittxija” fi kwalunkwe ħin:
- Opportunità ta’ negozju
- Settur tan-negozju (CPV)
- Post tat-twettiq
B’mod awtomatiku, din it-tfittxija tirritorna l-“Avviżi attivi” – iżda tista’ tagħżel li tillimita l-għadd ta’ avviżi li jidhru, billi tagħżel il-“L-aħħar ħarġa tal-ĠU S” jew “Inkludi biss l-aħħar verżjonijiet” fit-taqsima “Ambitu tat-tfittxija”.
Ibbrawżja skont l-opportunità ta’ negozju
Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati, iffiltrati skont il-gruppi ta’ opportunitajiet ta’ negozju jew skont it-tipi speċifiċi ta’ opportunitajiet ta’ negozju. Billi tikklikkja fuq grupp speċifiku ta’ opportunitajiet ta’ negozju jew tip speċifiku ta’ opportunità ta’ negozju tittieħed fil-paġna tar-riżultati tat-tfittxija, li jkun fiha l-avviżi għal dik l-għażla.
Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex tip speċifiku ta’ opportunità ta’ negozju. It-termini li jaqblu mal-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jiġu enfasizzati bl-isfar jew se jġibu ruħhom skont il-preferenzi tas-sit għall-utenti indikati fit-TED.
Ibbrawżja skont is-settur tan-negozju (CPV)
Din l-għażla turi avviżi ppubblikati, iffiltrati skont is-settur tan-negozju. Is-setturi tan-negozju huma kkategorizzati f’forma ta’ siġra, abbażi tal-“Vokabolarju Komuni tal-Akkwist” (CPV).
Espandi s-siġra biex tfittex avviżi speċifiċi.
Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex settur tan-negozju jew kodiċi tas-CPV. It-termini li jaqblu mal-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jiġu enfasizzati bl-isfar jew se jġibu ruħhom skont il-preferenzi tas-sit għall-utenti indikati fit-TED. Meta tikklikkja fuq settur tan-negozju speċifiku, tittieħed fil-paġna tar-riżultati tat-tfittxija, li jkun fiha l-avviżi għal dak is-settur tan-negozju.
Ibbrawżja skont il-post tat-twettiq
Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati, iffiltrati skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Tista’ tuża l-mappa fit-taqsima tal-lemin biex tibbrawżja billi tuża n-nomenklatura NUTS (klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika), jew skont il-pajjiż. Id-dehra prestabbilita għall-mappa hija l-pajjiżi, iżda bl-użu tal-menu fuq il-lemin, tista’:
- Iċċekken / Tkabbar
- Tara l-mappa f’livell NUTS ieħor (NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3)
- Skrin sħiħ / Oħroġ minn Skrin sħiħ
Il-kuluri differenti jidentifikaw l-għadd ta’ avviżi fil-post speċifiku tal-prestazzjoni.
Id-didaskalija tidher fir-rokna t’isfel tax-xellug tal-mappa.
Minflok tuża l-mappa, tista’ tinnaviga billi tuża t-taqsima tax-xellug, li fiha tista’ tfittex billi:
- Tespandi l-post speċifiku tal-prestazzjoni
- Tittajpja fil-“Kaxxa tal-filtru” biex issib post speċifiku ta’ prestazzjoni. It-termini li jaqblu mal-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jiġu enfasizzati bl-isfar jew se jġibu ruħhom skont il-preferenzi tas-sit għall-utenti indikati fit-TED.
Kull darba li tagħżel il-“Buttuna espandi” għal post speċifiku ta’ twettiq, il-mappa twieġeb għall-għażla tiegħek. Meta tikklikkja fuq post speċifiku ta’ twettiq, tittieħed fil-paġna tar-riżultati tat-tfittxija, li jkun fiha l-avviżi għal dak il-post ta’ twettiq.