CPV

Il-VKK joħloq sistema waħda ta' klassifika għall-ksib pubbliku u hu maħsub biex idaħħal standard fir-referenzi li jintużaw mill-awtoritajiet u l-entitajiet li joħorġu l-kuntratti biex jiddeskrivu s-suġġett tal-kuntratti tal-ksib.

Il-kodiċi tal-VKK użati bħalissa

Il-VKK, li kien iddaħħal permezz tar-Regolament (KE) Nru. 213/2008, ilu jintuża mis-17/09/2008 : PDF - XML - ODS - XLS

CPV 2008 Gwida għall-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti: PDF

CPV 2008 Noti ta' spjegazzjoni: PDF

CCPV 2008 Il-Vokabolarju Supplimentari, noti ta' spjegazzjoni: PDF

Correspondence tables (XLS): EN - FR - DE

Studji tas-CPV (DG GROW)

X'inhu l-VKK?

Il-VKK hu magħmul minn vokabularju ewlieni li jintuża biex tingħata tifsira tas-suġġett tal-kuntratt, u minn vokabularju supplimentari biex wieħed ikun jista' jżid aktar tagħrif kwalitattiv.Il-vokabularju ewlieni hu mibni fuq struttura f'għamla ta' siġra li hi magħmula minn kodiċi li jkun fihom sa 9 numri (kodiċi ta' 8 numri flimkien ma' numru li jintuża għall-verifika) u li jkunu marbuta ma' frażi li tiddeskrivi t-tip ta' provvisti, xogħlijiet jew servizzi li jsawwru s-suġġett tal-kuntratt.

  • L-ewwel żewġ numri jindikaw it-taqsimiet (XX000000-Y);
  • L-ewwel tliet numri jindikaw il-gruppi (XXX00000-Y);
  • L-ewwel erba' numri jindikaw il-klassijiet (XXXX0000-Y);
  • L-ewwel ħames numri jindikaw il-kategoriji (XXXXX000-Y);

Kull wieħed mill-aħħar tliet numri jservi biex ikun hemm preċiżjoni akbar f'kull kategorija.Id-disa' numru jintuża biex issir verifika tan-numri ta' qabel.Il-vokabularju supplimentari jista' jintuża biex twessa' d-deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt. Il-kontenut tiegħu hu magħmul minn kodiċi li jkun fih ittri u numri u jkollu frażi marbuta miegħu biex wieħed ikun jista' jżid aktar dettalji dwar il-bixra speċifika jew id-destinazzjoni ta' l-oġġetti li se jinxtraw.Il-kodiċi alfanumeriku hu magħmul minn:

  • l-ewwel livell, li hu magħmul minn ittra li tkun marbuta ma' taqsima;
  • it-tieni livell, li hu magħmul minn erba' numri li, l-ewwel tlieta minnhom jindikaw it-taqsima sekondarja u l-aħħar wieħed jintuża biex issir verifika

Kif tuża l-VKK

Il-klassifika tal-VKK bilfors trid tintuża fil-formoli standard?

Il-VKK bilfors irid jintuża fl-Unjoni Ewropea sa mill-1 ta' Frar ta' l-2006.Il-verżjoni ta' l-2008 tal-VKK hi l-verżjoni tal-VKK li qiegħed jintuża fil-mument biex:1. Timla l-avviżi tas-sejħiet għall-kompetizzjoni2. Tfittex għal opportunitajiet ta' negozju fit-TED3. Issib avviżi dwar il-kuntratti fl-arkivju tat-TED

Kif għandek timla avviż dwar sejħa għall-kompetizzjoni bil-VKK?

L-awtoritajiet li joħorġu l-kuntratti għandhom isibu l-kodiċi li l-aktar li jkun xieraq għax-xiri li bi ħsiebhom jagħmlu, bl-aktar mod preċiż kemm jista' jkun. Għalkemm xi drabi, l-awtoritajiet li joħorġu l-kuntratti jistgħu jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn ikollhom jagħżlu bosta kodiċi, hu importanti li huma jagħżlu kodiċi wieħed għat-titlu ta' l-avviż tal-kuntratt. Jekk il-livell tal-VKK ma jkunx preċiż biżżejjed, imbagħad l-awtoritajiet li joħorġu l-kuntratti għandhom jirreferu għat-taqsima, il-grupp, il-klassi jew għall-kategorija li jiddeskrivu aħjar ix-xiri li bi ħsiebhom jagħmlu - kodiċi aktar ġenerali li jista' jintgħaraf għax ikun fih aktar żerijiet.